Ftehim għal Matuidi

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun rappurtat li Juventus għandhom ftehim ma’ PSG sabiex jakkwistaw lil Blaise Matuidi għas-somma ta’ 25 miljun u bonuses. Matuidi se jkun l-eredi ta’ Pogba mal-Bianconeri. Fis-sigħat li ġejjin mistennija jitħabbru t-trasferimenti ta’ Pogba ma’ Manchester United u dak ta’ Matuidi ma’ Juventus. Matthew Scerri

Raiola jġibilna lil Matuidi?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost il-plejers li Juventus qed jikkunisdraw minflok Pogba, hemm anki Blaise Matuidi. PSG jridu 40 miljun tiegħu. L-aġent tiegħu hu Mino Raiola u jista’ jagħti l-każ li fl-aħħar jiem Marotta tkellem ma’ Raiola dwar Matuidi. Matthew Scerri

Min flok Pogba?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi plejers qed jissemmew li jistgħu jieħdu post Pogba ma’ Juventus. Il-kandidat numru wieħed hu Axel Witsel li qed jippreferi lil Juventus minkejja offerta aqwa għalih minn Everton. Midfielder ieħor li jogħġob ħafna lil Allegri hu Matic, biss Conte jidher li mhux se jbigħu. Plejers oħra segwiti minn Juventus huma: Moussa Sissoko, Brozovic, Matuidi u Biglia. Matthew Scerri

Kuntatt ma’ Raiola dwar Pogba

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalist Gianluca Di Marzio kiteb illum li Juventus daqt se jagħmlu kuntatt ma’ Raiola biex jiddiskutu l-futur ta’ Pogba. Fl-eventwalità li Pogba jħalli lil Juventus, hemm diversi plejers li Juventus qed jikkunsidraw. L-ismijiet li l-iktar qed isiru huma dawk ta’ Witsel, Matic u Blaise Matuidi. Ovvjament l-istrateġija ta’ Juventus tkun imfassla biss la darba jkunu ċerti li Pogba se jitlaq. …