Mbappè mill-ġdid imsemmi ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn Franza jaslu rapporti li PSG jinsabu disposti li jbigħu lil Mbappé sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom b’rabta mal-Fair Play Finanzjarju. Qed ikun hemm għidut qawwi li d-destinazzjoni l-ġdida tiegħu tista’ tkun Turin biex jilgħab ma’ Juventus. Ovvjament dat-trasferiment jinvolvi investiment ta’ iktar minn 150 miljun Ewro. Matthew Scerri

Dybala msemmi ma’ Atletico Madrid

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar tal-ġurnata hi li Paulo Dybala jista’ jisfa’ fiċ-ċentru ta’ tibdil internazzjonali ta’ plejers. Fil-fatt Real Madrid iridu b’saħħa lil Mbappe. Jekk ibigħuh, PSG lesti jixtru minfloku lil Griezmann u b’Dybala li jingħaqad ma’ Atletico Madrid. Matthew Scerri

Mbappe possibbli bil-bejgħ ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jaħdmu għall-akkwist ta’ Mbappe fis-sajf kompliċi anki l-problemi li PSG għandhom minħabba l-Fair Play Finanzjarju. Skont La Repubblica l-akkwist ta’ Mbappe jkun possibbli bis-sagrifiċċju ta’ stilla bħal Dybala. Il-gazzetta hi tal-idea li Dybala jista’ jinbigħ gval 80-100 miljun u hekk Juventus ikollhom il-flus għall-investiment multi-miljunarju ta’ Mbappe. Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar Ramsey, Kean, Allegri u Mbappe

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Sky, Fabio Paratici sostna li Juventus qegħdin attenti għall-okkażjonijiet tajba li jistgħu jinqalgħu fis-suq tat-trasferimenti. Fost dawn hemm anki Ramsey, għalkemm Paratici fakkar ukoll li Juventus mhumiex l-uniċi li jriduh. Hu qal anki li f’Jannar Juventus iridu jżommu l-plejers kollha li għandhom fit-tim, Kean inkluż. Dwar il-futur, Paratici qal li Allegri se jibqa’ kowċ ta’ Juventus, filwaqt li …

PSG jaf ikollhom ibigħu lil Mbappé

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħolma ta’ Juventus li jiffirmaw lil Kylian Mbappé tista’ issir realtà da-sajf hekk kif l-Uefa lesta tieħu passi fil-konfront ta’ PSG b’rabta mal-FairPlay Finanzjarju. Skont L’Equipe PSGse jkollhom ibigħu lil Mbappé jew Neymar sabiex jiffrankaw dawn il-passi dixxiplinari. Juventus u Real Madrid huma t-timijiet li l-aktar qed juru interess f’Mbappé. Matthew Scerri