Posts

McKennie fieq!

Weston McKennie fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv fl-aħħar swab test li sarlu lbieraħ. L-aħbar tal-fejqan ta’ McKennie ngħatat direttament minn Juventus. Skont il-protokoll tal-FIGC, McKennie se jkun jista’ jilgħab għada kontra Verona. S’issa m’hemm l-ebda aħbar ġdida dwar Ronaldo u nifhmu li għadu pożittiv għax li kieku fieq, żgur kienet tingħata l-aħbar flimkien ma’ dik ta’ McKennie.

Matthew Scerri

McKennie pożittiv għall-Covid-19!

Weston McKennie nstab pożittiv għall-Covid-19. Bħal Ronaldo hu m’għandux sintomi u jidher li jinsab tajjeb. Kif jitlob il-protokoll, Juventus mill-ewwel iżolaw lit-tim fl-hekk imsejjaħ ‘isolamento fiduciario’.

Matthew Scerri

It-trasferimenti kollha ta’ Juventus das-sajf

Is-suq tat-trasferimenti hu issa uffiċjalment magħluq. F’dis-sessjoni tas-sajf, Juventus kisbu lil Morata, Chiesa, McKennie u Arthur, flimkien ma’ Kulusevski li kien inxtara f’Jannar. Inxtara mill-ġdid anki Mandragora li tħalla b’self ma’ Udinese.

Telqu lil Juventus: Pjanic (Barcellona), Rugani (Rennes), Pellegrini (Genoa), Romero (Atalanta), Perin (Genoa), Pjaca (Genoa), Nicolussi Caviglia (Parma), De Sciglio (O.Lyon) u Douglas Costa (Bayern Munich). Ta’ min jgħid li, apparti Pjanic, il-plejers kollha imsemmija, ġew mislufa u mhux mibjugħa. Saru, imbagħad, diversi trasferimenti ta’ plejers mit-tim Under 23 u l-Primavera.

Apparti dawn telqu anki Matuidi u Higuain ma’ Inter Miami wara li xoljew il-kuntratt ma’ Juventus. Paratici naqas imma li jsib ftehim ma’ Khedira biex il-kuntratt tiegħu jkun itterminat qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

McKennie u Kulusevski fost l-aqwa fl-ewwel taqsima

McKennie u Kulusevki kienu l-uniċi mill-plejers il-ġodda li lagħbu fl-ewwel taqsima kontra Novara. Huma kellhom wirja tajba ferm. Nafu li l-avversarji huma li huma, imma xorta waħda ninsabu kuntenti għall-fatt li McKennie u Kulusevski wrew li integraw sew ma’ sħabhom. McKennie deher li hu plejer simili għal Matuidi għax jirbaħ ħafna blalen, imma b’iktar kwalità mill-Franċiż meta jilgħab il-ballun. Kulusevski lagħab quddiem flimkien ma’ Ronaldo. Mhix eżattament il-pożizzjoni tiegħu, biss deher jiftiehem sew ma’ Ronaldo u kien proprju Kulusevski li qassam il-ballun lil Ronaldo fl-ewwel gowl.

Matthew Scerri

Filmat: Il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ preżentazzjoni ta’ McKennie

https://youtube.com/watch?v=kTURYmZ48x0