Milan esklużi mill-kompetizzjonijiet Ewropej

MatthewJuve News Leave a Comment

L-UEFA kkundannat lil Milan li jibqgħu għal sena barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej minħabba li naqsu milli jidħlu fil-parametri imposti lilhom mill-Fair Play Finanzjarju. Milan se jappellaw għal din id-deċiżjoni. Intant Fiorentina se jkunu qed jieħdu post Milan fl-Europa League. Fiorentina se jibdew mill-preliminari, filwaqt li Atalanta se jidħlu mill-ewwel fil-gruppi. Matthew Scerri

Iċ-ċifri involuti fit-trasferiment ta’ Bonucci

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Meta tmienja u erbgħin siegħa ilu smajna bil-possibbli transfer ta’ wieħed mill-‘leaders‘ juventini Leonardo Bonucci mal-għedewwa storiċi Milan kulħadd (jew kważi) ħaseb li kienet xi aħbar ażżardata u li ma tistax tagħti każ. Issa li kollox sar rejalta u d-difensur ċentrali sar parti mill-proġett tad-diriġenza l-ġdida ta’ Milan nagħtu ħarsa lejn l-aspett ekonomiku li hemm wara dan it-transfer. L-ewwel proposta …

Min se jkun sid il-klabb ta’ Milan?

MatthewJuve News Leave a Comment

Sitwazzjoni ta’ inċertezza totali fi ħdan il-klabb ta’ Milan. Iċ-Ċiniż għadhom ma ħallsux it-tielet kaparra lil Berlusconi u dan id-dewmien jista’ jwassal biex in-negozjati jieqfu ħesrem. Illum bdiet anki tiċċirkola l-aħbar li l-klabb jista’ jkun akkwistat minn Adriano Galliani flimkien ma’ Renzo Rosso (sid il-kumpanija Diesel) u l-aġent Jorge Mendes. Matthew Scerri

Vandaliżmu fid-dressing rooms mill-plejers ta’ Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Calciomercato.com’ qed jirraporta li fi tmiem Juventus-Milan xi plejers tal-Milan kienu tant irrabjati li spiċċaw għamlu atti ta’ vandaliżmu fid-dressing rooms ta’ Juventus. Fost l-affarijiet li huma qalgħu minn posthom jidher li kien hemm anki xi ‘scudetti’ imwaħħlin mal-hangers tal-ħwejjeġ. Jekk verament l-affarijiet qegħdin hekk allura dan hu fatt tassew gravi! Matthew Scerri

Stefano Sturaro ‘Man of the Match’ ta’ Juventus-Milan

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Stefano Sturaro rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għall-logħba kontra Milan tal-Ġimgħa li għadda 23 ta’Diċembru 2016. Din il-partita kienet tgħodd bħala finali tas-Super Cup Taljana 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. Il-plejer ta’nofs il-grawnd reġa’ kellu logħba ta’min isemmi tant hu vera li rebaħ dan l-unur għat-tieni logħba konsekuttiva. Fi prestazzjoni juventina mhux konsistenti tul il-120 minuta, dan il-plejer …

Andrea Barzagli ‘Man of the Match’ ta’ Milan-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Andrea Barzagli  rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għall-logħba kontra Milan tas-Sibt li għadda 22 ta’Ottubru 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. Id-difensur juventin kien protagonist ta’wirja tajba ħafna speċjalment jekk ikkomparata ma’sħabu tat-tim li mhux biss ħarġu telliefa 0-1 imma taw wirja mhux denja ta’tim li jrid jirbaħ kollox. Barzagli ġab il-59% tal-voti tagħkom. Fit-tieni post spiċċa Miralem Pjanic li għalkemm …