Juventus jinsabu mill-ġdid interessati f’Sergej Milinkovic-Savic. Il-midfielder Serb qed ikollu staġun kemxejn diżappuntanti s’issa, imma madankollu Juventus xorta waħda għadhom jemmnu ħafna fih. Skont Tuttosport Juventus se jerġgħu jħabbtu l-bibien ta’ Lazio għal Milinkovic-Savic peress li jemmnu li minħabba l-wirjiet li kellu s’issa Lotito se jniżżel drastikament il-prezz tiegħu. Matthew Scerri
Tentattiv ieħor għal Milinkovic-Savic u Pogba f’Jannar
Skont is-sit Calciomercato.com Juventus huma konvinti li jeħtieġu akkwist importanti f’nofs il-grawnd. Is-sit qed jirraporta li Juventus qed ikomplu jsegwu lil Milinkovic-Savic u Pogba. F’Jannar Paratici se jagħmel tentattiv biex jixtri lil wieħed minn dawn it-tnejn. Matthew Scerri
Milinkovic-Savic se jġedded il-kuntratt ma’ Lazio
Sergej Milinkovic-Savic mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Lazio fil-ġranet li ġejjin. Dan ikun ifisser li se jqatta’ l-istaġun attwali ma’ Lazio. Fis-sajf li ġej, imbagħad, mistenni li jkun hemm konkorrenza qawwija minn klabbs kbar tal-Ewropa, fosthom Juventus, biex jiffirmawh. Matthew Scerri
Jorge Mendes jaf jieħu aktar plejers ma’ Juventus
Ir-relazzjonijiet bejn Juventus u l-aġent Jorge Mendes huma itjeb milli qatt kienu. Wara Cancelo u Ronaldo, l-aġent jista’ jkun strumentali sabiex Juventus jiksbu tliet plejers oħra. Nafu li Mendes hu qrib ħafna tal-familja Milinkovic-Savic u minkejja li mhuwiex l-aġent tal-midfielder Serb, hu jidher dispost li jgħin lil Marotta u Paratici jiffirmaw lill-istilla ta’ Lazio fl-istaġun. Fl-istess ħin Juventus tefgħu għajnejhom …
Lotito qed ikompli jitlob 120 miljun Ewro għal Milinkovic-Savic
Skont Paolo Bargiggia ta’ Sportmediaset, nhar it-Tnejn li għadda Paratici għamel tentattiv biex jixtri lil Milinkovic-Savic. Lotito qed ikompli jitlob 120 miljun Ewro, somma li Juventus mhux disposti li jinvestu. Matthew Scerri
Jibqgħu jissemmew Marcelo u Milinkovic-Savic
Meta fadal biss ħamest ijiem għal tmiem is-suq tat-trasferimenti fl-Italja, huma ħafna dawk li jemmnu li Juventus se jagħmlu tentattiv għal kolp ieħor biex isaħħu lit-tim tagħhom. L-ismijiet li l-aktar qed isiru b’insistenza huma dawk ta’ Marcelo u Milinkovic-Savic. Dan tal-aħħar, b’mod partikolari, jaf inkunu l-akkwist li Juventus għandhom f’moħħhom anki jekk Pjanic jġedded il-kuntratt. Fil-fatt bosta esperti tal-calciomercato jemmnu …
Modric-Pjanic-Milinkovic Savic
Jiem ta’ ħidma intensiva fil-kamp tal-calciomercato. Nafu li Modric jista’ jitlaq lil Real Madrid. Jekk dan verament iseħħ, Real Madrid jidhru li se jippruvaw jixtru minfloku lil Pjanic. Juventus, mill-banda tagħhom, iridu lil Milinkovic-Savic jekk taslilhom offerta kbira għal Pjanic. Matthew Scerri
Lotito: “Milinkovic-Savic jitlaq biss jekk tasal offerta fenomenali”
Claudio Lotito stqarr li Lazio qatt ma poġġew għall-bejgħ lil Milinkovic-Savic, anki jekk ħafna klabbs qed isegwuh b’interess qawwi. Hu qal li Milinkovic-Savic se jibqa’ ma’ Lazio sakemm ma tasalx xi offerta fenomenali għalih. Matthew Scerri
Offerta ġdida minn Juventus għal Milinkovic-Savic
Skont Il Corriere di Torino, Juventus qed iħejju offerta għal Milinkovic-Savic. Il-Bianconeri lesti joffru 90 miljun flimkien ma’ Pjaca għall-midfielder Serb. Matthew Scerri
Kuntatt Marotta-Lotito għal Milinkovic-Savic
Skont Premium Sport fi tmiem il-ġimgħa kien hemm kuntatt bejn Marotta u Lotito għal Milinkovic-Savic. Juventus jafu li hemm interess qawwi fuq Pjanic u allura għaddejjin bil-kuntatti biex jekk verament Pjanic ikun se jinbigħ, ikollhom mill-ewwel f’idejhom sostitut denju. Matthew Scerri