Cuadrado jew Mandzukic għal Milinkovic-Savic?

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Sportmediaset Juventus lesti joffru wieħed bejn Cuadrado u Mandzukic lil Lazio  sabiex ikunu jistgħu jiksbu lil Sergej Milinkovic-Savic. Lotito qed ikompli jinsisti li jrid 150 miljun Ewro għal Milinkovic-Savic. Għaldaqstant Juventus lesti joffru lil Cuadrado jew Mandzukic sabiex ibaxxu s-somma cash li jkollhom joħorġu għall-akkwist tal-midfielder Serb. Matthew Scerri

Juventus mhumiex disposti jonfqu 150 miljun għal Milinkovic-Savic

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti u gazzetti speċjalizzati fil-calciomercato qed isostnu li Juventus għamluha ċara ma’ Lotito li mhumiex disposti jonfqu 150 miljun Ewro għal Milinkovic-Savic. In-negozjati mistennija jkomplu, biss Juventus bagħtu sinjal lil Lazio li l-kundizzjonijiet iridu jinbidlu drastikament. Juventus għamlu din il-mossa anki għax jafu li s’issa l-ebda klabb ma’ offra lil Lazio somma daqstant kbira. Matthew Scerri

X’qed jitlob Lotito lil Juventus għal Milinkovic-Savic

MatthewJuve News Leave a Comment

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Claudio Lotito talab lil Juventus 90 miljun Ewro flimkien ma’ 20 miljun oħra f’bonuses għal Milinkovic-Savic. Fid-deal Lotito jrid anki lil Rodrigo Bentancur. Juventus ma jidhrux disposti li jissodisfaw it-talbiet ta’ Lotito, biss se jkomplu jinnegozjaw ma’ Lazio bit-tama li jiksbu deal aħjar għall-akkwist ta’ Milinkovic-Savic. Matthew Scerri

Missier Milinkovic-Savic: “Juventus huma l-aqwa għażla għall-karriera tiegħu”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervista esklussiva mogħtija minn missier Sergej Milinkovic-Savic lil Tuttosport. Fl-intervista hu jiddikjara li ilu dejjem isostni ma’ ibnu Sergej li l-aqwa għażla għall-karriera tiegħu hi li jilgħab għal Juventus. “Juventus huma t-tim ideali għalih. F’Turin ikun jista’ jsir plejer aħjar u jirbaħ kollox, inkluż il-Ballun tad-Deheb. Real? Madrid tista’ tistenna.” Dawn huma l-kliem tal-missier li nsibu fuq l-ewwel paġna ta’ …

Marotta jitkellem ma’ Lotito!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fuq l-ewwel paġna tal-edizzjoni tal-lum ta’ Tuttosport insibu ritratt ta’ Marotta jitkellem ma’ Lotito fi tmiem laqgħa tal-Lega Calcio. Skont il-gazzetta huma tkellmu fuq fuq dwar Milinkovic-Savic. Intant il-plejer Serb stqarr ilbieraħ li hu se jiddeċiedi l-futur tiegħu biss wara t-Tazza tad-Dinja. Matthew Scerri

Lotito jrid lil Pjaca fil-ftehim għal Milinkovic-Savic

MatthewJuve News Leave a Comment

Mis-sit ta’ Tuttosport insiru nafu li Claudio Lotito lest jieħu lil Marko Pjaca fid-deal għall-akkwist ta’ Milinkovic-Savic min-naħa ta’ Juventus. Pjaca hu plejer li minn dejjem għoġob lil Lazio u hu plejer li l-valur tiegħu jaf jogħla ferm jekk jingħata l-opportunità li jilgħab b’mod regolari. Għaldaqstant Lotito lest jilqgħu b’idejh miftuħin. Matthew Scerri

Rugani ma’ Lazio fid-deal għall-akkwist ta’ Milinkovic-Savic?

MatthewJuve News Leave a Comment

Daniele Rugani jista’ jkun il-pedina f’idejn Marotta sabiex jikkonvinċi lil Lazio jbigħulu lil Milinkovic-Savic. Juventus lesti jaslu sa 100 miljun cash u jżidu magħhom lil Rugani, plejer li jkun utli għal Lazio wara li telaqhom De Vrij. Barra minn hekk Rugani jaf ‘il quddiem ikollu valur għoli fis-suq tat-trasferimenti jekk imur tajjeb ma’ Lazio. Matthew Scerri