Jitkellem l-aġent ta’ Milinkovic-Savic

MatthewJuve News Leave a Comment

Mateja Kezman, l-aġent ta’ Milinkovic-Savic, ta kumment lil Lalaziosiamonoi.it fejn iċċara xi affarijiet dwar l-għidut tal-aħħar sigħat. Hu sostna li verament hemm diversi timijiet interessati fih. Madankollu bħalissa ma jinsabx għall-bejgħ. Il-plejer innifsu jinsab kuntent ma’ Lazio u jird jgħin lit-tim jikseb riżultati tajbin. Matthew Scerri

Milinkovic-Savic fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Apparti Tolisso, jidher li Juventus qed isegwu b’interess qawwi lil Sergej Milinkovic-Savic ta’ Lazio. Hu qed ikun protagonist ma’ Lazio fi staġun impekkabbli għalih. Għalissa Juventus għadhom ma fetħux negozjati għall-akkwist tiegħu, biss qed isegwuh mill-qrib u jaf fis-sajf jitħajru jkellmu lil Lotito biex jixtruh. Matthew Scerri