Juventus ifittxu r-riserva ta’ Szczesny għas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

L-attenzjoni ta’ Juventus daret issa fuq it-tfittxija ta’ viċi-Szczesny għall-istaġun d-dieħel. Qed isiru diversi ismijiet. Tlieta mill-aktar imsemmija fuq gowlkipers veterani tas-Serie A: Mirante, Sorrentino u Consigli. Hemm anki l-idea li jinġieb lura Audero li sejjer tajjeb ma’ Venezia. Żewġ gowlkipers barranin fil-mira ta’ Juventus huma Pau Lopez ta’ Espanyol u Harun Tekin ta’ Bursaspor. Matthew Scerri

Regoli ġodda jimponu 4 plejers tal-youths fit-tim

MatthewJuve News Leave a Comment

Mill-istaġun li jmiss kull tim tas-Serie A jrid ikollu minn tal-iqnas tmien plejers Taljani, li minnhom erba’ jridu jkunu kibru fil-youths tat-tim. Juventus diġà għandhom lil Marchisio. Miegħu jridu jiżdiedu tlieta oħra. Probabbli li minflok Neto jkollna lil Mirante bħala gowlkiper riserva. It-tielet gowlkiper ukoll mistenni jkun mill-youths: Pinsoglio jew Audero. Jifdal wieħed, li jista’ jkun xi ħadd bejn Marrone …

Mirante minflok Neto?

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Il Corriere della Sera’ post Neto ma’ Juventus se jieħdu Antonio Mirante. Kif nafu hu kiber fil-youths ta’ Juventus u dan hu vantaġġ għal Juventus peress li fl-Ewropa jridu jmorru b’xi plejers li kibru magħhom. Matthew Scerri

Mirante flok Storari jekk dan jiddeċiedi li jitlaq lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li Marco Storari jiddeċiedi li jitlaq, Juventus lesti jagħtu l-flokk tat-tielet gowlkiper lil Antonio Mirante. Storari għadu jtella’ u jniżżel jekk jibqax ma’ Juventus peress li issa ġej Neto u hu se jkollu joqgħod it-tielet gowlkiper. Storari għandu diversi offerti minn timijiet tas-Serie A u lesti jikkunsidra li jitlaq. F’każ li dan verament jiġri, Juventus ikollhom bżonn gowlkiper affidabbli. …

Mirante jirritorna ma’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Antonio Mirante jista’ jirritorna ma’ Juventus bħala t-tieni gowlkiper riserva ta’ Buffon. Mirante x’aktarx se jxolji l-kuntratt ma’ Parma fis-sajf. Il-Bianconeri jixtiequh lura peress li hu kiber fil-youths tagħhom u allura jkunu jistgħu jirreġistrawh fil-lista taċ-Champions League bħala ‘home-grown player’. Din it-tip ta’ reġistrazzjoni tagħti l-opportunità lil Juventus li jkunu jistgħu jirreġistraw plejer iktar fl-Ewropa. Matthew Scerri