Henrikh Mkhitaryan wasal fi tmiem l-avventura tiegħu ma’ Manchester United. Jose Mourinho lest ibigħu. Skont Daily Mail il-prezz li r-Red Devils qed jitolbu għalih hu ta’ 35 miljun Sterlina. Fost it-timijiet interessati fih hemm, allegatament, anki Juventus. Matthew Scerri
Mkhitaryan irid jitlaq lil Manchester United
Henrikh Mkhitaryan mhux qed jgħix l-esperjenza sabiħa li tant kien qed jittama li jsib ftit tax-xhur ilu meta ħalla lil Borussia Dortmund biex jingħaqad ma’ Manchester United. Skont ‘The Sun’ hut ant jinsab imdejjaq li talab lill-aġent Raiola jsiblu tim ġdid. Juventus, ovvjament, minn dejjem kien japprezzawh u lesti jilqgħuh b’idejhom miftuħa. Matthew Scerri
Allegri jrid trekwartista
Allegri se jisħaq li din is-sena jrid trekwartista. Hu mistenni daqt jiltaqa’ ma’ Marotta u Paratici sabiex ifasslu flimkien l-istrateġiji tal-mercato Juventin. Allegri jrid trekwartista. L-ismijiet nafuhom: Pastore, Oscar, Mkhitaryan u Gomes. Matthew Scerri
Raiola u Paratici jiltaqgħu biex jitkellmu dwar …
Mino Raiola lbieraħ iltaqa’ ma’ Fabio Paratici. Qed ikun rappurtat minn diversi sorsi li huma ma tkellmux dwar Pogba. L-argument tad-diskussjoni jidher li kien l-akkwist ta’ Mkhitaryan u Lukaku. Juventus huma interessati ferm fihom. Għalissa għad m’hemmx negozjati għall-akkwist tagħhom biss Paratici ried jieħu xi informazzjoni dwar il-possibbiltà li dawn jinxtraw. Matthew Scerri
Marotta u Paratici sejrin il-Ġermanja
Marotta wiegħed li sal-partita kontra Roma se jkun akkwistat plejer f’nofs il-grawnd biex isaħħaħ lit-tim ta’ Allegri. Dan ifisser li l-ġimgħa d-dieħla se jkollna dan l-akkwist. F’dan is-sens ‘Tuttosport’ qed tirraporta li Marotta u Paratici sejrin il-Ġermanja l-ġimgħa d-dieħla. Huma se jkollmu lil Schalke u Borussia dwar Draxler u Mkhitaryan. Kulma jmur jidher li Draxler mhux ġej l-Italja, filwaqt li …
Min se jkun Mister X?
Marotta lbieraħ wiegħed l-akkwist ta’ midfielder, plejer li kapaċi jilgħab f’pożizzjonijiet differenti u mhux neċessarjament trekwartista. Hu sostna li Juventus waqqfu kull negozjat għal Draxler u fil-fatt il-Ġermaniż se jingħaqad ma’ Wolfsburg minflok De Bruyne. Issemmew xi plejers ta’ nofs il-grawnd tipo Illaramendi u Casemiro ta’ Real Madrid, biss dawn qishom mhux jikkonvinċu wisq. Allura min se jkun Mister X? …
Offerta ta’ 20 miljun għal Mkhitaryan
Kulma jmur qed jissemma dejjem iktar b’insistenza Henrik Mkhitaryan. Juventus għandhom kuntatt kontinwu mal-aġent tiegħu u qed jissemma li Marotta għandu offerta ta’ 20 miljun Ewro lesta għalih. Ma nafux x’inhi l-pożizzjoni ta’ Borussia Dortmund, imma hu ovvju li jekk il-plejer ikun irid jitlaq, se jkun diffiċli għalihom li jżommuh. Matthew Scerri
Daqshekk Draxler. Mkhitaryan jew Cuadrado
Skont ‘Sky’ Juventus abbandunaw għal kollox kull tama li jiksbu s-servizzi ta’ Julian Draxler. Il-Bianconeri issa dawru ħarsithom fuq Cuadrado u Mkhitaryan. Hemm interess speċjali f’Mkhitaryan, plejer li Juventus ilhom jippruvaw jixtru minn Jannar. Matthew Scerri
Għadu ħaj l-interess f’Mkhitaryan
Fil-pożizzjoni ta’ trekwartista għadu jissemma anki Henrikh Mkhitaryan ta’ Borussia Dortmund. L-aġent tiegħu hu Mino Raiola li għandu kull interess li jiffavorixxi dan it-trasferiment. Matthew Scerri
L-alternattivi għal Draxler
Marotta tkellem dwar alternattivi għal Draxler. Fost dawn hemm dejjem il-ħolma Mario Gotze. Fl-aħħar sigħat issemma ħafna Samir Nasri ta’ Manchester City li jidher li m’għadhux fil-pjanijiet tal-klabb tiegħu. Imbagħad hemm is-solti ismijiet ta’ Henrikh Mkhitaryan (Borussia Dortmund), Witsel (Zenit), Rabiot (PSG) u Guarin (Inter). Mhux eskluż lanqas li Juventus ma jieħdu lil ħadd u jilagħbu lil Coman jew Pereyra …
- Page 1 of 2
- 1
- 2