Il-President jaħdem għal aktar sorpriżi għall-membri tal-Juventus Club Vero Amore

MatthewJuve Hot news, News 1 Comment

Il-President tagħna Joseph Fenech għal darba oħra jinvesti il-ħin tiegħu sabiex jerġa’ jagħti sorpriża oħra lill-membri tal-Juventus Club Vero Amore Birkirkara. Inħeġġeġ lill-membri kollha biex jibqgħu isegwu il-paġni/websajt tagħna u dawk li għadom ma daħlux membri JISSIEĦBU ISSA fil-Juventus Club Vero Amore Birkirkara sabiex ikunu jistgħu jgawdu minn sorpriżi bħal dawn ippjanati għall-futur, liema sorpriżi se jkunu miftuħin STRETTAMENT għall-MEMBRI …

Luciano Moggi ġej jaħdem ma’ tim Malti?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħidma ta’ Moggi fl-Albanija ma’ Partizani wisq probabbli daqt tasal fi tmiemha. It-tim mhux sejjer tajjeb u apparti milli jkeċċu lill-kowċ Iuliano, probabbli li s-sidien ta’ Partizani jtemmu anki r-rapport ta’ ħidma ma’ moggi. Skont Calciomercato.com Moggi jaf jiġi Malta hekk kif jinsab f’kuntatti ma’ klabb tal-Premier League Malti. Matthew Scerri

Moggi: “Bonucci hu vittma tiegħu nnifsu”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistieden waqt programm ta’ Sportitalia, Luciano Moggi kellu kliem iebes fil-konfront ta’ Bonucci. Hu qal: “Kontra l-Maċedonja għamel żbalji ta’ plejer li jilgħab mad-dilettanti. Għandu diffikultajiet kbar marbutin mal-aspett psikoloġiku. Tkellimt wisq qabel mar ma’ Milan u issa hu vittma tiegħu nnifsu.” Matthew Scerri  

Mhux milqugħ rikors ta’ Moggi

MatthewJuve News Leave a Comment

Il- Consiglio di Stato ma laqax ir-rikors ta’ Luciano Moggi għas-sentenza li tarah sospiż għal għomru mid-dinja tal-futbol. Issa Moggi fadallu karta waħda biss x’jista’ jilgħab: jirrikorri għall-Qorti Ewropeja. Matthew Scerri

Żjara ta’ Ciro Ferrara. Il-Club Malti l-ieħor mistieden tagħna

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016 kellna x-xorti li nilqgħu mill-ġdid fostna lil Ciro Ferrara u Luciano Moggi, li raw flimkien magħna l-partita Italja-Irlanda. F’din l-okkażjoni kellna bħala mistidnin anki l-President u rappreżentanza mill-Kumitat tal-Club Cuore Bianconero. Għalija dan jibqa’ l-aktar mument li se ngħożż f’dawn is-sentejn tiegħi ta’ Presidenza għax jixhed l-impenn li hemm biex iż-żewġ klabbs Maltain, flimkien ma’ …

Moggi: “Wara nhar is-Sibt m’jien qatt iktar se nitkellem dwar Calciopoli”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Kif tafu nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju 2016 se ssir manifestazzjoni f’għeluq l-għaxar snin ta’ Calciopoli. Se jingħalaq kapitlu ta’ ħajti u minn dakinhar ‘il-quddiem m’jien qatt iktar se nitkellem dwar Calciopoli. Kienu għaxar snin ta’ ħajti li ddedikajt biex niddefendi l-isem ta’ Juventus u ħdimt biex toħroġ il-verità. Ġie stabilit mill-Qrati li l-kampjonat ma ntrebħux b’mod irregolari. Ir-referees kollha …

Folla enormi tagħti merħba kbira lil Trezeguet u Moggi fil-Club!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ għexna serata mill-isbaħ hekk kif il-membri tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) taw merħba fenomenali lil Luciano Moggi u David Trezeguet fil-klabb tagħna. Mijiet ta’ sapporters letteralment ippakkjaw is-sala tal-Club tagħna u l-bar area. Bħal dejjem saru kelmtejn tal-okkażjoni mill-President, u wara għaddejja biex Trezeguet u Moggi b’simpatija kbira indirizzaw lill-membri, iċċajtaw magħhom u kienu ġenwinament sorpriżi bil-merħba …