Illum tibda ż-żjara ta’ Trezeguet u Moggi!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Illum fuq stedina tal-Juventus Club DOC Vero Amore se jaslu Malta is-super leġġenda DAVID TREZEGUET kif ukoll fl-għeluq 10 snin minm calciopoli l-eks direttur LUCIANO MOGGI. Il-lejla se ssir VIP Gala Dinner ġewwa il-lukanda Radisson Sas St.Julians. Għada il-Ħamis ESKLUSSIVAMENT għall-membri ser ikunu qed jiltaqgħu mal-membri ġewwa il-klabb. Infakkar lill-membri li dħul fil-klabb huwa STRETTAMENT bit-tessera. Napella lil kulħadd sabiex …

Manifestazzjoni f’għeluq l-10 snin ta’ Calciopoli

MatthewJuve News Leave a Comment

CALCIOPOLI 10 ANNI DOPO – APPOGG LIL LUCIANO MOGGI Se ssir manifestazjoni kbira is-Sibt 14 t’a Mejju fil-11.30 am gewwa il-Jet Hotel, Caselle Torinese Via delle Zecca 9. Din il-lukanda qeghda biss 10 minuti boghod mill-Juventus Stadium u ntghazel dan il-post sabiex wara kulhadd ikun qrib sabiex nassistu ghal-loghba Juventus vs Sampdoria u l-Festa Scudetto. Naghmel appell lil min ser …

Moggi llejla se jkun fil-Club tagħna!

MatthewJuve News Leave a Comment

Nixtiequ nħabbru li llejla, il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2015, Luciano Moggi se jkun fil-premises tal-Club tagħna. Il-membri jkunu jistgħu jiltaqgħu miegħu bejn 7.30 p.m. u 8.30 p.m. Importanti li l-membri jġibu magħhom it-tessera. Joseph Fenech President

Moggi kkundannat għal erba’ xhur ħabs

MatthewJuve News Leave a Comment

Luciano Moggi ġie kkundannat erba’ xhur ħabs wara li fl-2008 kien hedded verbalment lil Franco Baldini, eks-diriġent ta’ Roma. Il-kundanna għall-erba’ xhur ħabs ġiet ikkonfermata llum stess mill-Qorti tal-Appell. Matthew Scerri

Imħallef jikteb li Facchetti kien qed jagħmel lobbying mar-referees

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum ħarġu l-motivazzjonijiet tas-sentenza li rat lil Moggi meħlus mill-akkuża ta’ diffamazzjoni fil-konfront tal-eks President ta’ Inter, Giacinto Facchetti. Fil-motivazzjonijiet naqraw li kien hemm telefonati bejn Facchetti u awtoritajiet tad-dinja tar-referees li jixhdu li kien hemm lobbying favur Inter, kif ukoll relazzjoni ta’ ħbiberija bejn Facchetti u xi referees. Fid-dawl ta’ dan kollu Moggi ma nstabx ħati ta’ diffamazzjoni għax …

Moggi mhux ħati ta’ diffamazzjoni fil-konfront ta’ Facchetti

MatthewJuve News Leave a Comment

Luciano Moggi nħeles minn kull akkuża fil-kawża li Gianfelice Facchetto fetaħ kontrih minħabba diffamazzjoni ta’ missieru, Giacinto Facchetti. Bażikament Moggi, waqt il-programm ‘Notti magiche’ tal-25 ta’ Ottubru 2010, kien sostna li jeżistu telefonati ta’ Facchetti marbuta mal-għażla tar-referees u kien hemm anki talba minn Facchetti (dak iż-żmien President ta’ Inter) lil referee biex in-Nerazzurri jirbħu partita tal-Coppa Italia kontra Cagliari. …

Moggi: “Mhux se nieqaf hawn. Se nkompli niġġieled”

MatthewJuve News Leave a Comment

Luciano Moggi ħabbar li l-battalja tiegħu se tkompli. Hu qal li l-Corte di Cassazione in parti tatu raġun u dgħajfet l-akkużi fil-konfront tiegħu. Għaldaqstant se jiftaħ kawża quddiem il-Qorti Ewropea sabiex tiġi annullata s-sentenza tal-Giustizia Sportiva li ma tħallihx jaħdem mill-ġdid fid-dinja tal-futbol. Matthew Scerri

Calciopoli. Is-sentenza fit-23 ta’ Marzu!

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sentenza definittiva fil-proċess ta’ Calciopoli mhux se tasal illum kif kien mistenni. Illum qed jinstema’ l-aħħar appell imressaq minn Luciano Moggi u kien mistenni li llum stess toħroġ is-sentenza. Madankollu l-imħallef għamilha ċara li s-sentenza se titħalla għal udjenza oħra fit-23 ta’ Marzu. Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-kumplessità tal-kawża. Juventus qed isegwu din il-kawża għax jekk tkun konfermata s-sentenza tal-ewwel …

Calciopoli. Wasalna għad-D Day

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada se jkollna l-aħħar att tal-Proċess ta’ Calciopoli. Jekk ikun konfermat li Juventus ma kinux ħatja ta’ tbagħbis ta’ partiti, huma jkunu jistgħu jkomplu bl-azzjonijiet legali sabiex jitolbu lill-FIGC tħallashom għad-danni marbuta ma’ Calciopoli. Juventus qed jitolbu 443 miljun Ewro f’danni. Il-Bianconeri se jistennew is-sentenza t’għada b’ħerqa kbira. Intant Moggi ħabbar li hu lest ikompli jiġġieled sabiex il-Qrati jagħtuh raġun. …