Aħbarijiet tal-Calciomercato (4 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto se jitlaq lil Fiorentina Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Fiorentina ħabbru li l-aġenti ta’ Neto infurmawhom li l-gowlkiper ma jridx jaf li jiffirma kuntratt ġdid magħhom. Neto se jitlaq lil Fiorentina fi-sajf wara li jintemmlu l-kuntratt tiegħu. Juventus, Roma u Inter iriduh, għalkemm tajjeb ngħidu li Inter u Roma qed jiggarantulu post mal-ewwel ħdax, filwaqt ma’ Juventus se jkun biss …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (31 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Montoya diffiċli immens Wara li lbieraħ it-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Isports ikkonferma s-sentenza tal-FIFA li se żżomm lil Barcellona milli tagħmel akkwisti ġodda sal-2016, jidher li l-akkwist ta’ Montoya issa hu kkumplikat ferm. Fil-fatt Barcellona mhux se jkunu jixtru plejers għajr dawk bla kuntratt. Għaldaqstant huma mhux se jbigħu lil Montoya malajr peress li mhux se jkun faċli għalihom li jsibu sostitut …

Montoya diffiċli

MatthewJuve News Leave a Comment

Intopp kbir fin-negozjati għal Martin Montoya. Fil-fatt Barcellona ma jirudx jafu li jinżlu mil-prezz ta’ 20 miljuni, li hi l-penali li trid titħallas sabiex hu jinħall mill-kuntratt tiegħu. Barcellona lanqas ma jridux jagħtuh b’self. Min-naħa tagħhom Juventus interessati biss li jiksbuh b’self sa Ġunju bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf. Matthew Scerri

Aktar dwar Montoya

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġimgħa d-dieħla mistennija li jkun hemm kuntatti diretti bejn Marotta u l-aġent ta’ Montoya, Carrasco. Intant Carrasco nnifsu ċaħad li jeżisti xi tip ta’ ftehim ma’ Juventus jew xi klabb ieħor. Is-somma li qed tissemma hi dik ta’ 20 miljun Ewro, liema somma hi l-penali li Montoya jrid iħallas sabiex jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Barcellona.   Matthew Scerri

Montoya għażel lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi Spanja, il-gazzetta ‘Sport’ qed tirraporta li Martin Montoya għażel lil Juventus bħala d-destinazzjoni l-ġdida tiegħu. Hu għandu ftehim mal-Bianconeri għal kuntratt ta’ 4 snin. Fil-jiem li ġejjin Marotta u Paratici sejrin Spanja sabiex jiltaqgħu ma’ Barcellona u jiftħu negozjati magħhom. Juventus iriduh b’self bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox fis-sajf. Matthew Scerri

Għadu ħaj l-interess f’Montoya

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta l-gazzetti kienu qed jirrapurtaw li Juventus waqfu milli jkomplu jinnegozjaw l-akkwist ta’ Montoya, f’daqqa waħda wasal kumment tal-aġent Juan Carrasco li għamilha ċara li Juventus huma fost il-ħafna timijiet li għadhom iridu lill-full-back ta’ Barcellona. Skont Carrasco, Juventus iridu lil Montoya malajr kemm jista’ jkun. Hu sostna li Montoya jinsab onorat li tim bħal Juventus iridu. Matthew Scerri

Montoya. Juve mhux iktar interessati?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sport’ tat l-aħbar li Juventus mhux qegħdin isegwu iktar lil Montoya ta’ Barcellona. Fil-fatt huma fehmu li Barcellona mhux se jħalluh jitlaq għal ftit flus u peress li l-Bianconeri ma jinsabux interessati li jonfqu ħafna, allura ddeċidew li ma jkomplux isegwu iktar lil Montoya, Matthew Scerri

Montoya xorta jrid jitlaq lil Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Juan De Dios Carrasco, li għandu l-prokura ta’ Martin Montoya, iddikjara li l-fatt li l-full-back rritorna għall-azzjoni wara diversi xhur mhux se jibdel id-deċiżjoni tiegħu li jitlaq lil Barcellona f’Jannar. Montoya jaf tajjeb li Luis Enrique mhux qed jarah adattat għall-iskemi tattiċi tiegħu u allura jrid isib tim ġdid. Hu jista’ jinħall mill-kuntratt ma’ Barcellona bil-ħlas ta’ penali ta’ …