It-tliet plejers li Juventus lesti jagħtu lil Brescia għal Tonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom għaddejjin bil-ħidma biex jixtru lil Sandro Tonali mingħand Brescia. Skont Tuttosport il-Bianconeri għandhom il-possibbiltà li jdaħħlu fil-ftehim lil Hans Nicolussi Caviglia (misluf lil Perugia), Simone Muratore u Idrissa Tourè (it-tnejn li huma ta’ Juventus U23). B’dan il-mod Juventus ikunu jistgħu jissodisfaw it-talba ta’ Brescia mingħajr ma joħorġu ħafna flus kontanti. Matthew Scerri