Juventus kienu intimidati mill-ultras mafjużi!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum ħarġu il-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti ta’ Torino dwar il-proċess bl-isem ta’ “Alto Piemonte”. F’Ġunju li għadda l-proċess kien intemm bil-kundanna ta’ 13-il persuna, fosthom Saverio u Rocco Dominello. Fid-dokument tal-lum hemm miktub ċar u tond li l-‘Ndrangheta kienet qed tikkontrolla lill-ultras Bianconeri, liema ultras kienu qed jintimidaw lil Juventus sabiex jiksbu l-biljetti li mbagħad l-‘Ndragheta kienet tbigħ mill-idejn. Infakkru li …

Il-President Agnelli jinsab Ruma għall-proċess quddiem il-giustizia sportiva

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Agnelli jinsab Ruma fejn se jkompli l-proċess tal-giustizia sportiva dwar l-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Fl-aħħar ġimgħat saru tentattivi biex jinstab ftehim għal patteġġament. L-indikazzjonijiet huma, però, li Agnelli ma riedx il-patteġġament għax hekk ikun qed jammetti t-tort. Matthew Scerri

7 snin u 9 xhur ħabs għal Rocco Dominello

MatthewJuve News Leave a Comment

Rocco Dominello, l-ultras Juventin, instab ħati li kellu rabtiet illegali mal-‘Ndrangheta u kien ikkundannat għal 7 snin u 9 xhur ħabs. Dominello hu l-persuna li, fost l-oħrajn, kien qed jgħin lill-‘Ndrangheta jidħlu fil-business tal-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti fil-Juventus Stadium. Missieru Saverio weħel 12-il sena u xahar ħabs. Meħlus mill-akkużi l-ultras l-ieħor, Fabio Germani. Matthew Scerri

Allegra Agnelli Presidentessa ta’ Juventus f’każ li Andrea Agnelli jkun sospiż

MatthewJuve News Leave a Comment

Il Fatto Quotidiano ilhom isegwu l-każ tal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-Juventus Stadium. Huma issa qed jirrapurtaw li Andrea Agnelli jaf jeħel sa tliet snin sospensjoni u għaldaqstant ikollu jitlaq il-kariga ta’ President. Fl-eventwalità li dan verament iseħħ, il-Familja Agnelli diġà tidher li għażlet il-persuna għall-kariga ta’ President ta’ Juventus. Din mhi ħadd ħlief omm Andrea Agnelli, Allegra Agnelli li …

Beda l-Proċess tal-Giustizia Sportiva fil-konfront ta’ Andrea Agnelli u uffiċċjali oħra ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’Ruma kellhom l-ewwel seduta tal-Proċess tal-Giustizia Sportiva fil-konfront ta’ Andrea Agnelli u tliet uffiċċjali Bianconeri oħra (wieħed minnhom però m’għadux ma’ Juventus) marbuta mal-każ tal-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn tal-biljetti tal-partiti tal-Juventus Stadium. Andrea Agnelli stess kien preżenti f’Ruma. Wara sagħtejn ta’ dibattitu preliminari, is-seduta waqfet. Issa l-proċess se jitkompla fil-15 ta’ Settembru. Matthew Scerri

‘Ndrangheta tmexxi l-catering f’San Siro?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-rabtiet tal-‘Ndrangheta fil-futbol tan-Nord Italja ma jieqafx biss sal-bejgħ tal-biljetti mill-idejn f’Turin. L-Antimafia qed tindaga naki dwar il-possibbiltà li l-‘Ndrangheta hi b’xi mod imdaħħla fil-catering tal-istadium San Siro. L-istrateġija tal-‘Ndrangheta hi ċara: ħasil ta’ flus permezz ta’ investimenti fil-futbol tal-Italja ta’ fuq. Matthew Scerri