Necid. Juventus mhux konvinti

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom mhumiex mija fil-mija konvinti minn Tomas Necid. L-idea hi li jieħduh u jisilfuh lil Chievo. Għalissa però Juventus għadhom qed itellgħu u jniżżlu jekk jieħduhx verament. Intant “La Gazzetta dello Sport” ma teskludix lanqas li Chievo jiddeċiedu li jieħduh għal rashom. Matthew Scerri ​

Jifdal biss Osvaldo u Necid

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li jfallilhom l-akkwist ta’ Zaza, Juventus xorta se jagħmlu akkwist fl-attakk. F’dan l-istadju l-uniċi alternattivi għal Zaza huma Osvaldo u Necid. Pazzini, li Allegri tant xtaq, m’għadux għall-bejgħ wara li El Shaarawy kiser siequ. Jifdal Osvaldo li hu eks plejer Juventin u li jinsab miġġieled minn ma’ Inter. Barra minn hekk hemm Tomas Necid li Juventus qed jixtru flimkien …

Juve u Chievo se jixtru lil Necid

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li Juventus jinsbau qrib ħafna li jixtru lill-attakkant ta’ Zwolle, Tomas Necid. Hu se jilgħab ma’ Chievo sa tmiem l-istaġun. Fis-sajf Juventus għandhom jiddeċiedu jġibuhx magħhom jew inkella jisilfuh lil xi tim ieħor. Matthew Scerri

Raiola mill-ġdid f’Vinovo

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Mino Raiola reġa’ kien Vinovo għar-raba’ darba f’temp ta’ xahar. Dawn iż-żjarat ripetuti mhumiex normali u allura bilfors hemm xi negozjati għaddejjin bejnu u bejn Juventus. ma ninsewx li dan hu x-xahar tas-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Probabbli li hu qed jitkellem ma’ Marotta u Paratici dwar wieħed minn dawn it-tlieta: Mkhitaryan (Borussia Dortmund), Tomas Necid (Zwolle) u/jew Ricardo Kishna (Ajax). …

Zaza ma’ Juve bl-għajnuna ta’ Raiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website ‘Tuttojuve’ hi tal-opinjoni li Raiola qed imur spiss Vinovo minħabba li Juventus iridu jixtru lil Thomas Necid. L-attakkant se jkun akkwistat minn Juventus bit-tir li jiġi mogħti lil Sassuolo fid-deal sabiex Simone Zaza jkun jista’ jingħaqad mal-Bianconeri f’din is-sessjoni ta’ Jannar tas-suq tat-trasferimenti. B’dan il-mod Juventus ikunu jistgħu jżommu magħhom lil Coman ukoll. Matthew Scerri

Il-misteru taż-żjarat ta’ Raiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Għat-tielet darba f’temp ta’ ftit jiem, Mino Raiola llum reġa’ kien Vinovo. Hemm misteru sħiħ dwar ir-raġuni għalfejn hu qed imur Turin. ‘ Tuttosport’ tirraporta li hu jista’ jkun li qed isegwi l-każ ta’ Pogba mill-qrib. Barra minn hekk jista’ jkun ukoll li hu qed jinnegozja ma’ Juventus l-akkwisti ta’ Mkhitaryan jew Balotelli. Mhux eskluż lanqas li hu veru li …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (10 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Toronto jridu lil Giovinco Sportmediaset qed jirrapurtaw li anki l-klabb ta’ Toronto jinsab interessat f’Giovino. Huma qed joffrulu kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Tajjeb infakkru li hemm xnigħat li Giovinco qed ikollu kuntatti anki ma’ Monaco. Min imissu Wara li falla l-akkwist ta’ Sneijder, milli jidher Juventus bdew ifittxu xi plejers oħra li jilagħbu fl-istess pożizzjoni. …