Filmat: Nedved iwieġeb għat-tgħajjir ta’ supporter ta’ Benevento

MatthewJuve News Leave a Comment

Nafu li fl-Italja kull partita away tissarraf f’tgħajjir għad-diriġenza tat-tim. L-istazzjoni Ottochannel TV iffilmja lil Pavel Nedved li wieġeb għat-tgħajjir ta’ supporter ta’ Benevento, liema supporter kien qed jgħid “Ladri! Ladri!”. Nedved wieġbu lura billi qal “Questo non è rigore? Se dici così non capisci un ca..o di calcio!”. Xbajna naraw dejjem l-istess teatrini. La riedu l-VAR, issa jridu jaċċettaw …

14-il sena ilu Nedved rebaħ il-Ballun tad-Deheb

MatthewJuve News Leave a Comment

14-il sena ilu Pavel Nedved rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Kien proprju fit-22 ta’ Diċembru 2003 li Nedved rebaħ l-ogħla premju għal plejer tal-futbol fix-xena internazzjonali. Kien premju għas-sena 2003 tassew mill-aqwa li kellu Nedved. Hu kien il-leader ta’ Juventus, tant b’saħħtu li meta ma lagħabx il-Finali taċ-Champions League għax sospiż, il-Bianconeri spiċċaw tilfu dik it-tazza. Matthew Scerri

Nedved: “Jogħġobni ħafna x-xogħol tiegħi”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervista minn iRozhlas Pavel Nedved stqarr li għall-ewwel ma kienx faċli għalih li jidra x-xogħol ta’ xi ħadd li jaħdem fl-amministrazzjoni tal-isports. Ħadlu ż-żmien il-proċess li jifhem eżattament x’kellu jagħmel. Issa li dara, qed iħoss li dax-xogħol il-ġdid jogħġbu ħafna. Matthew Scerri

Nedved se jerġa’ jilgħab

MatthewJuve News Leave a Comment

Pavel Nedved se jirritorna fl-azzjoni bħala footballer. Hu ffirma kuntratt ma’ Skalna, it-tim li lagħab miegħu għal tmiem snin sa minn meta kellu 5 snin. Nedved se jilgħab partita waħda biss meta jħalluh l-impenji. L-inizjattiva ġiet minn sieħbu Tomas. L-idea hi li t-tnejn li huma jilagħbu ma’ Skalna flimkien mat-tfal tagħhom li għandhom 18-il sena. It-tifel ta’ Nedved jgħix Turin …

Happy Birthday, Nedved!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum qed niċċelebraw jum għeluq snin Pavel Nedved, eks-plejer u attwalment Viċi-President ta’ Juventus. Nedved hu wieħed mill-eroj li niżlu Serie B ma’ Juventus u l-uniku plejer li dejjem għamel dak li ried hu u mhux dak li ried l-aġent Raiola. Fil-fatt lejn tmiem il-karriera tiegħu, meta Raiola ried jieħdu ma’ Inter, Nedved ma aċċettax għax ried jibqa’ leali ljen …

Nedved: “Konna ħadna lil Hamsik”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista lil TV Digi Sport, Pavel Nedved żvela li sentejn ilu Juventus kellhom ftehim ma’ Napoli biex jixtru lil Marek Hamisk. Madankollu Hamsik ma ħassx li kellu jittradixxi li s-supporters ta’ Napoli u għalhekk qal le lil Juventus. Matthew Scerri