Nedved: “Ma kont naċċetta qatt scudetto tal-kartun”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista mogħtija lill-medja tar-Repubblika Ċeka, Pavel Nedved stqarr li hu kieku ma kien jaċċetta scudetto tal-‘kartun’ bħalma kien dak mogħti lil Inter fl-2006. Fi kliem Nedved hu qatt ma seta’ japprezza scudetto mhux mirbuħ fil-grawnd. Nedved qal ukoll li lejn tmiem il-karriera Inter ressqulu offerta tajba ferm, biss hu ma riedx imur man-Nerazzurri. Skontu, kien lest imur ma’ Mourinho fi …

Nedved: “Nixtiequ nirbħu ċ-Champions League”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘iDNES.cz’ Pavel Nedved ammetta li x-xewqa ta’ Juventus hi li wara li rebħu ħafna fl-Italja, issa jirbħu ċ-Champions League. Fuq nota personali, Nedved żvela li minn dejjem xtaq jilgħab ma’ Manchester United u jqis lil Ibrahimovic bħala l-aqwa sieħeb li kellu fil-karriera. Ovvjament l-ikbar delużjoni fil-karriera tibqa’ l-finali kontra Milan li Juventus tilfu. Matthew Scerri

Nedved maħtur Viċi-President ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-laqgħa tax-share-holders, Pavel Nedved ġie uffiċjalment maħtur bħala Viċi-President ta’ Juventus. Hu deher emozzjonat u sinċerament onorat b’din il-ħatra. Andrea Agnelli sostna li Nedved illum hu diriġent espert li jifhem sew kemm fl-aspett sportive kif ukoll f’dak finanzjarju. Matthew Scerri

Nedved jieħu post Marotta?

MatthewJuve News Leave a Comment

Xi siti qed jirrapurtaw li Agnelli xejn ma ħa gost b’dak kollu li nqala’ din is-sena waqt is-suq tat-trasferimenti. Hemm xnigħat li hu jħoss li wasal iż-żmien ta’ bidla. F’dan is-sens nistgħu ngħidu li Pavel Nedved allegatament jixtieq li jkun id-Direttur Ġenerali l-ġdid wara Marotta. Matthew Scerri

L-opinjoni ta’ Nedved dwar il-Finali tas-6 ta’ Ġunju

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista Pavel Nedved tkellem dwar il-Finali taċ-Champions League. Hu qal li jemmen li Juventus m’għandhomx jiddefendu kontra Barcellona. Anzi, minflok il-Bianconeri jmisshom jattakkaw lil Barcellona u jippruvaw joħolqulhom problemi bl-attakkanti li għandhom fit-tim. Fl-opinjoni ta’ Nedved f’Finali fuq partita waħda jgħodd iktar kif inkun it-tim fiżikament dakinhar aktar milli l-kwalitajiet tekniċi tal-plejers. Nedved stqarr ukoll f’din l-intervista li issa qed …

Nedved jgħid tiegħu dwar Pogba u Morata

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista Pavel Nedved tkellem dwar Morata u Pogba. Dwar l-attakkant Spanjol hu qal li jemmen li ‘l quddiem jista’ jsir plejer ta’ klassi peress li għandu talent kbir. Hu kkonferma, imbagħad li Barcellona jridu lil Pogba. Madankollu hu fakkar li Pogba għandu kuntratt ma’ Juventus. Nedved sostna li Juventus għandhom skwadra qawwija, imma li Pogba hu fundamentali għall-midfield tagħhom. Matthew …