Neto: “Dak li kont nagħmel ma’ Juventus qatt ma rawh bħala importanti”

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista lil Fox Sports, Norberto Neto stqarr li ma Juventus kien tilef il-fiduċja għax dak li kien jagħmel qatt “ma kien ikkunsidrat importanti”. Fi kliemu fis-sentejn ma’ Juventus qagħad jistennew affarijiet li qatt ma ġraw, l-aktar li jkun jista’ juri li hu kapaċi jilgħab mal-ewwel ħdax. Għalhekk għażel li jmur ma’ klabb ieħor fejn għallinqas seta’ jkollu din l-opportunità. Matthew …

Neto jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ Joao Cancelo?

MatthewJuve News Leave a Comment

Apparti De Sciglio Juventus jistgħu jixtru anki full-back ieħor: Joao Cancelo. Il-ħbiberija bejn Juventus u Valencia (biżżejjed insemmu li fl-aħħar sena tajnihom lil Neto u Zaza) tista’ twassal biex Cancelo jsir plejer ta’ Juventus. Anzi Alfredo Pedullà qed jipotizza li l-bejgħ ta’ Neto għal 6 miljuni biss jaf tkun sinjal li verament Juventus se jixtru lil Cancelo. Fl-interpretazzjoni tiegħu, Neto …

Uffiċjali: Valencia xtraw lil Neto għal 6 miljuni

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ukoll ikkonfermaw uffiċjalment il-bejgħ ta’ Neto. Fi stqarrija li ħarġu naqraw li Valencia se jħallsu 6 miljun Ewro għalih, liema somma ġiet maqsuma f’erba’ rati li jitħallsu f’erba’ snin. Is-somma tista’ togħla b’ 1 miljun Ewro f’bonuses. Matthew Scerri

Valencia fl-Italja għal Neto

MatthewJuve News Leave a Comment

Uffiċċjali ta’ Valencia waslu llum l-Italja skont Calciomercato.com. Huma se jiltaqgħu ma’ Juventus sabiex isibu ftehim dwar l-akkwist ta’ Neto. Ilbieraħ Neto kien f’Milan u permezz tal-aġent tiegħu għarraf lil Juventus li hu jrid jilgħab ma’ Valencia. Il-problema hi li l-Ispanjoli mhux qed joffru iktar minn 7 miljuni, filwaqt li Juventus iridu 10 miljuni u għandhom offerta ta’ Watford li …

Il-bejgħ ta’ Neto. Kollox wieqaf

MatthewJuve News Leave a Comment

Xejn ġdid dwar il-futur ta’ Norberto Neto. Kollox għadu wieqaf. Juventus irċevew żewġ offerti mingħand Watford u Valencia. Neto qed jippreferi jmur jilgħab ma’ Valencia, li però qed joffru biss 6 miljuni għalih. Watford mill-banda l-oħra offrew 8 miljuni, flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Juventus, ovvjament, qed jippreferu l-offerta ta’ Watford. Matthew Scerri