Neto x’aktarx sejjer ma’ Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Norbeto Neto x’aktarx se jkun fi Spanja ma’ Valencia. L-Ispanjoli jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus. Probabbli li Neto jmur magħhom b’valur komplessiv ta’ 10 miljun Ewro. Parti minn din is-somma se tmur għall-ħlas tas-self għal sena, u l-bqija jitħallas is-sena d-dieħla meta Valencia jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox. Matthew Scerri

Neto miftiehem ma’ Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Norberto Neto għandu ftehim ma’ Valencia u lest imur jilgħab magħhom skont IlBianconero.com. Issa jmiss li Valencia jsibu ftehim ma’ Juventus. L-Ispanjoli qed joffru 6 miljun Ewro għalih, filwaqt li Juventus iridu somma bejn 10 u 12-il miljun. Matthew Scerri

Neto ma jridx imur ma’ Watford

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit Calciomercato.com żvela li Juventus laħqu ftehim ma’ Watford għall-bejgħ ta’ Norberto Neto għas-somma ta’ 10 miljun Ewro. Madankollu Neto ma jridx jaf li jmur jilgħab ma’ Watford. Minflok qed jippreferi jistenna l-offerta ta’ Valencia u, min jaf, forsi anki ta’ Milan. Matthew Scerri

Marotta jispjega fid-dettall il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista lil Corriere della Sera, Beppe Marotta apparti milli tkellem dwar Donnarumma, kellu anki l-opportunità li jispjega fid-dettall x’inhuma l-istrateġiji tal-mercato Juventin. Hu eskluda investimenti kbar ħafna bħal dak ta’ Higuain sena ilu.  Fl-istess ħin għamilha ċara li Juventus mhux se jneħħu l-aqwa plejers, tant hu hekk li rrifjuta offerta kbira ta’ Chelsea għal Alex Sandro. L-uniku plejer Juventin li …

Lejn tpartit Neto-De Sciglio?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar tal-ġurnata hi li Juventus u Milan jistgħu jkunu qed jaħdmu fuq tpartit ta’ plejers bejniethom. Ir-Rossoneri jridu lil Neto, filwaqt li Juventus huma interessati f’De Sciglio. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li huma jsibu ftehim bejniethom għat-tpartit tal-plejers. Nifhmu li Juventus ikollhom iżidu somma flus ukoll ma’ Neto peress li De Sciglio qed jingħata valur ogħla minn dak tal-gowlkiper …

Neto fost il-favoriti nett li jieħu post Donnarumma

MatthewJuve News Leave a Comment

Issa li nafu fiċ-ċert li Donnarumma mhux se jġedded il-kuntratt ma’ Milan, bdew l-ispekulazzjonijiet dwar min se joħodlu postu ma’ Milan. Qed jissemma ħafna Norberto Neto. Il-gowlkiper Brażiljan hu fost il-favoriti nett li jingħaqad mar-Rossoneri sabiex mill-istaġun li jmiss jew ta’ wara jiddefendi l-lasti ta’ Milan minflok Donnarumma. Matthew Scerri