Ċaħda mill-aġent ta’ Neto

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefano Castagna, l-aġent ta’ Norberto Neto, ċaħad l-aħbar li l-gowlkiper għandu ftehim ma’ Juventus jew ma kwalunkwe klabb ieħor. Hu qal dan f’intervista mogħtija lil ESPN tal-Brażil. L-aġent sostna li Neto daqt se jkun libera li jinnegozja ma’ min irid. Skont Castagna, Neto hu onorat li jriduh klabbs kbar, imma għalissa għadu ma ddeċidiex fejn se jilgħab is-sena d-dieħla. Matthew …

Neto miftiehem ma’ Juventus?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit tas-sigħat ilu ‘La Gazzetta dello Sport’ tat l-aħbar li Norberto Neto daqt mistenni jiffirma kuntratt ta’ 4 snin ma’ Juventus. Hu se jkun jista’ jagħmel dan minn Frar meta jsir free-agent. Neto se jkollu paga ta’ 1.9 miljun Ewro fis-sena u mistenni jieħu post Marco Storari bħala riserva ta’ Buffon. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (4 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto se jitlaq lil Fiorentina Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Fiorentina ħabbru li l-aġenti ta’ Neto infurmawhom li l-gowlkiper ma jridx jaf li jiffirma kuntratt ġdid magħhom. Neto se jitlaq lil Fiorentina fi-sajf wara li jintemmlu l-kuntratt tiegħu. Juventus, Roma u Inter iriduh, għalkemm tajjeb ngħidu li Inter u Roma qed jiggarantulu post mal-ewwel ħdax, filwaqt ma’ Juventus se jkun biss …

Il-punt dwar Giovinco

MatthewJuve News Leave a Comment

Giovinco se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-ġimgħat tal-Calciomercato. Qed jissemma li hu jista’ jmur ma’ Fiorentina bi tpartit ma’ Savic jew Neto. Madankollu ‘Tuttosport’ tikteb li Giovinco jrid jibqa’ ma’ Juventus sa Ġunju meta jintemmlu l-kuntratt u hekk ikun jista’ jmur ma’ min irid. Intant ‘La Gazzetta dello Sport’ tirraporta li jekk Giovinco jitlaq ma’ tim ieħor f’Jannar, minfloku Juventus se …

Neto. Della Valle mhux ottimist li se jġedded il-kuntratt

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Il Corriere dello Sport’, Andrea Della Valle stqarr li jinsab deluż immens minn Neto. Hu qal li Fiorentina dejjem emmnu fih, anki meta kulħadd kien tal-idea li kellu jinbigħ. Della Valle stqarr li ma jinsabx ottimist li Neto se jiffirma l-kuntratt il-ġdid. Fit-2 jew t-3 ta’ Jannar se jasal Firenze missier Neto u għandu jkollu laqgħa ma’ Fiorentina. …

Aħbarijiet tal-Calciomercato (22 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Irridu lil Ronaldo Ronaldo fil-mira ta’ Juventus. Iva qrajtu sewwa, irridu lil Ronaldo. Però mhuwiex Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid. Il-plejer inkwistjoni hu Ronaldo Pompeu da Silva, midfielder Brażiljan ta’ Pro Vercelli. Is-sidien proprji tiegħu huma Empoli. Skont ‘Tuttomercatoweb’ Juventus ilhom isegwuh u issa ddeċidew li jressqu offerta għalih. Neto ma’ Roma minn Jannar? Fil-ħarġa tal-lum ta’ “La Gazzetta dello …

Neto. Juve għadhom interessati

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja li ftit tal-ġimgħat ilu stqarr li hu ma kien qatt se jilgħab għal Juventus b’rispett lejn is-supporters ta’ Fiorentina, xorta waħda għad hemm spekulazzjonijiet li Norberto Neto jista’ jkun il-gowlkiper riserva l-ġdid tal-Bianconeri. Neto għandu kuntratt ma’ Fiorentina li jintemm fis-sajf 2015. Juventus iriduh hekk kif Storari u Rubinho mistennija jitilqu fi tmiem is-sena. Anki Roma u Liverpool iridu …