Mill-ġdid N’Zonzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Marca hi konvinta li Sevilla das-sajf se jbigħu lil Steven N’Zonzi għal somma qrib l-40 miljun. Roma kienu msemmija ferm fil-jiem li għaddew bħala d-destinazzjoni l-aktar probabbli għalih. Madankollu Marca qed tirraporta li fil-verità, apparti Roma hemm anki Juventus, Arsenal u Barcellona li jriduh b’saħħa. Matthew Scerri

U issa Inter iridu lil N’Zonzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-mercato Juventin hu dejjem iktar ikkumplikat minħabba l-flus taċ-Ċiniż li qed jinvestu fl-Italja. Eżempju ta’ dan hi l-aħbar li Inter iridu lil N’Zonzi jekk ifallulhom l-akkwisti ta’ Vidal jew Nainggolan. Il-konkorrenza ta’ Inter żgur se twassal biex jogħla l-prezz tiegħu. Matthew Scerri

N’Zonzi … mhux inqas minn 40 miljun

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Sevilla, Jose Castro ddikjara pubblikament li Sevilla ma jridux jitilqu minn idejhom lill-aqwa plejers tat-tim. Fost dawn hemm anki n’Zonzi. Skont Castro, Sevilla għad ma kellhom l-ebda offerta għal N’Zonzi la minn Juventus u lanqas minn klabbs oħra. Fi kliemu min irid lil N’Zonzi jrid jibda billi qabel xejn joffri 40 miljun Ewro. Matthew Scerri

Il-President ta’ Sevilla: “N’Zonzi-Juventus? Il-bibien tagħna miftuħin”

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Sevilla, Pepe Castro tkellem ma’ El Confidential dwar Vitolo u N’Zonzi. Hu sostna li Vitolo naqashom mir-rispett u allura jekk irid jitlaq trid titħallas il-penali tal-klawżola biex jinħall mill-kuntratt tiegħu. Il-każ ta’ N’Zonzi, fi kliemu stess, hu differenti. Castro sostna li mhuwiex jagħlaq il-bibien lil Juventus u qatt ma tkellem dwar li trid titħallas bilfors il-penali. Matthew Scerri