Il-futur ta’ N’Zonzi marbut ma’ dak ta’ Banega

MatthewJuve News Leave a Comment

L-akkwist ta’ N’Zonzi min-naħa ta’ Juventus jista’ jkun possibbli grazzi għal Banega. Fil-fatt Sevilla jridu lil Banega f’nofs il-grawnd jekk jitlaqhom N’Zonzi. Hu possibbli li l-flus li Juventus se jinvestu fl-akkwist ta’ N’Zonzi jiġu investiti mill-ewwel fl-akkwist ta’ Banega. Mhux eskluż li qabel Sevilla jaċċettaw l-offerta Bianconera, huma jridu l-ewwel jistennew li jkollhom il-garanzija li jkunu jistgħu jieħdu lil Banega. …

N’Zonzi, Emre Can jew Matic għal nofs il-grawnd

MatthewJuve News Leave a Comment

Plejer ta’ sustanza, ġiri u dirty work f’nofs il-grawnd. Dan hu t-tip ta’ plejer li Juventus qed ifittxu. Nafu li l-kandidat numru wieħed għal dan l-irwol hu N’Zonzi. Madankollu mhux faċli li tinnegozja ma’ Sevilla li qed jibqgħu jinsistu li jridu 40 miljun Ewro għalih. Għalhekk Juventus qed jikkunsidraw anki plejers oħra: Emre Can u Matic fuq kulħadd. Matthew Scerri

Allegri jitkellem dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Sky, Allegri tkellem dwar il-mercato Juventin. Hu kkonferma li Douglas Costa hu wieħed mill-objettivi ta’ Juventus, filwaqt li ċaħad li hu talab l-akkwist ta’ N’Zonzi. Hu faħħar lil Schick u Bernardeschi għat-talent tagħhom, filwaqt li dwar De Sciglio sostna li Juventus fuq wara m’għandhomx bżonn akkwisti. Matthew Scerri

Jitkellem il-President ta’ Sevilla dwar il-futur ta’ N’Zonzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn OndaCero, il-President ta’ Sevilla, José Castro tkellem dwar N’Zonzi: “Ma jidhirlix li N’Zonzi għandu ftehim ma’ Juventus, u lanqas mhu se jkun hemm xi negozjati dil-ġimgħa. M’għandniex l-intenzjoni li nneħħu  l-plejers l-aktar importanti. Se jitilqu biss jekk titħallas il-penali tal-klawżola biex jinħallu mill-kuntratt.” Matthew Scerri

Wara Schick, Marotta jgħaddi għal …

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara li sab ftehim ma’ Sampdoria għal Schick, Marotta se jkollu ġimgħa impenjattiva oħra f’dak li huma negozjati tal-calciomercato. Issa jmiss li jipprova jsib ftehim għall-akkwisti ta’ Douglas Costa, N’Zonzi u Szczesny. It-taħdidiet għat-tlieta li huma jinsabu fi stadju avanzat mal-aġenti tagħhom u hemm indikazzjonijiet li kollox jinsab maqbul bejn il-plejers innifishom u Juventus. Issa jonoqs li jinstab il-ftehim mal-klabbs …

Juventus għandhom ftehim ma’ N’Zonzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun rappurtat li Juventus laħqu ftehim mal-aġent ta’ N’Zonzi għal kuntratt ta’ erba’ snin b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Issa jmiss li Juventus isibu ftehim ma’ Sevilla. L-Ispanjoli jridu 40 miljun Ewro għalih, biss Juventus mhux disposti jonfqu daqshekk għalih. Matthew Scerri

Mill-ġdid N’Zonzi

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jinsabu mill-ġdid interessati f’Steven N’Zonzi ta’ Sevilla. Fl-aħħar jiem reġa’ kien hemm kuntatti mal-aġent tiegħu. N’Zonzi jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ 40 miljun Ewro. Madankollu Juventus jidhru li huma konvinti li jistgħu jilħqu ftehim ma’ Sevilla biex jixtruh għal 25 miljun Ewro. Matthew Scerri

Ftehim ma’ N’Zonzi?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘As’ qed tirraporta li Juventus għandhom ftehim ma’ N’Zonzi biex dan jingħaqad magħhom mis-sena d-dieħla. Issa jmiss li jinstab ftehim ma’ Sevilla. N’Zonzi jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 40 miljun. Il-gazzetta Spanjola qed tbassar imma li Sevilla lesti jaċċettaw offerta ta’ 25-30 miljun. Matthew Scerri