Ogbonna ma’ Aston Villa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘Birmingham Mail’ qed tikteb li Aston Villa lesti joffru 8 miljun Sterlina lil Juventus għal Angelo Ogbonna. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li Juventus jaċċettaw l-offerta peress li issa għandhom fit-tim lil Rugani u għaldaqstant Ogbonna hu żejjed. Matthew Scerri

Angelo Ogbonna. Lest jagħti sehmu bħal dejjem

MatthewJuve News Leave a Comment

Mal-wasla tiegħu ma’ Juventus, Angelo Ogbonna kellu jitħabat mhux ftit biex jikseb is-simpatija tas-supporters Bianconeri. Hu fil-fatt kien il-captain ta’ Torino u proprju minħabba dan il-passat tiegħu kien hemm daqsxejn ta’ antipatija fil-konfront tiegħu. Dan minkejja li hu ried b’saħħa jingħaqad ma’ Juventus u rrifjuta offerti aqwa minn klabbs oħra biex jilbes il-flokk Juventin. Fl-ewwel sena l-wirjiet tiegħu ma kinux …

Galatasaray b’offerta tajba għal Ogbonna

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm anki Galatasaray fost it-timijiet interessati ferm fl-akkwist ta’ Angelo Ogbonna. Allegatament huma lesti jaslu sa 11-il miljun Ewro bħala offerta għalih. Juventus, wisq probabbli, se jkunu interessati ferm b’offerta ta’ dan it-tip. Matthew Scerri

Ogbonna segwit fl-Ingilterra u l-Ġermanja

MatthewJuve News Leave a Comment

Xi klabbs tal-Premier League Ingliża kif ukoll tal-Bundesliga qed juru interess f’Angelo Ogbonna. Tottenham, b’mod partikolari, huma tassew interessati li jiksbu s-servizzi tad-difensur Taljan li ma tantx qed isib spazju fil-Juventus ta’ Allegri. Matthew Scerri