Juventus lesti jixtru lura lil Orsolini

MatthewJuve News Leave a Comment

Riccardo Orsolini hu mingħajr dubju wieħed mill-plejers l-aktar li qed iħalli impatt fis-Serie A. Juventus jinsabu interessati li jiksbuh lura mingħand Bologna. Jirriżulta li hemm gentlemen’s agreement bejn il-klabbs li Juventus jistgħu jixtruh għal 22.5 miljun Ewro fis-sajf (jew 30 miljun is-sena d-dieħla). Dal-ftehim jgħodd biss jekk Bologna ma jirċevux offerta ikbar. Sabatini diġà stqarr pubblikament li Bologna qed jagħtuh …

L-aġent: “Orsolini jrid jibqa’ ma’ Bologna”

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Riccardo Orsolini, Donato Di Campli tkellem ma’ Il Resto del Carlino dwar l-għidut li l-plejer Taljan jista’ jirritorna ma’ Juventus. Hu qal: “Riccardo hu plejer ta’ Bologna. Il-futur tiegħu se jkun deċiż minnu u mill-klabb. Hu jinsab tajjeb ma’ Bologna u jrid jibqa’ ma’ Bologna. Għandu bżonn li jibqa’ jikber b’kontinwità ma’ Bologna.” Matthew Scerri

Ftehim verbali bejn Juventus u Bologna għal Orsolini

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport qed tiżvela li jeżisti patt verbali bejn Juventus u Bologna dwar Riccardo Orsolini. Juventus għandhom id-dritt li jixtruh lura mingħand Bologna għas-somma ta’ 22.5 miljun Ewro fis-sajf 2020 jew inkella għal 30 miljun fl-2021. Orsolini qed jerġa’ jkollu sena mill-aqwa ma’ Bologna u Juventus se jikkunsidraw serjament li jiksbuh lura. Matthew Scerri

Orsolini segwit minn Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Milan qed juru interess qawwi li jiskbu lil Riccardo Orsolini. Tajjeb infakkru li l-plejer illum hu kollu kemm hu ta’ Bologna, biss Juventus jistgħu jixtruh lura għal 20 miljun. Huma bosta dawk li qed ibassru li Juventus verament se jixtruh lura sabiex jagħtuh lil Fiorentina fil-ftehim għal Chiesa. Milan intant qed isegwu kollox b’attenzjoni u lesti joffru sa 25 miljun …

Orsolini jista’ jkun il-pedina biex Juventus jaslu jixtru lil Chiesa jew Zaniolo

MatthewJuve News Leave a Comment

F’din l-aħħar parti tal-istaġun Riccardo Orsolini qed jirnexxilu jkun determinanti ma’ Bologna. Il-wirjiet tiegħu qed iwasslu biex diversi timijiet jinteressaw ruħhom fih. Juventus għad għandhom id-dritt li jixtruh lura mingħand Bologna. Fil-pjanijiet ta’ Paratici hemm li Orsolini jintuża fid-deal għall-akkwist ta’ Zaniolo jew ta’ Chiesa. Matthew Scerri

Uffiċjali: Id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Lirola, Mattiello u Orsolini

MatthewJuve News 1 Comment

Permezz ta’ stqarrijiet ippubblikati fis-sit uffiċjali, Juventus taw dettalji dwar it-trasferimenti ta’ Lirola, Mattiello u Orsolini. Lirola – Sassuolo xtrawh għal kollox għas-somma ta’ 7 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’erba’ rati. Mattiello – Atalanta kisbuh għall-prezz ta’ 2.5 miljun Ewro li jitħallsu fi tliet rati. Dis-somma tista’ togħla b’2.5 miljun Ewro oħra f’bonuses. Orsolini – misluf lil Bologna …

Orsolini x’aktarx se jkun misluf lil Bologna

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja li Marotta stess ilbieraħ stqarr li Orsolini se jibqa’ ma’ Atalanta, issa kollox jidher jindika li fil-verità Orsolini se jkun qed jingħaqad ma’ Bologna fis-sigħat li ġejjin. Bologna għandhom bżonn lil Orsolini hekk kif Verdi weġġa’. Allegatament Atalanta taw il-kunsens tagħhom biex jitwaqqaf is-self magħhom u hekk Orsolini jkun jista’ jingħaqad ma’ Bologna. Matthew Scerri