Orsolini jaf jitlaq lil Atalanta f’Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Minkejja li fil-jiem li għaddew l-aġent stqarr li Orsolini mhux se jitlaq lil Atalanta f’Jannar, ħafna huma dawk li jemmnu li fil-verità l-affarijiet jistgħu jmorru b’mod differenti. Bologna u Sassuolo jriduh b’saħħa u, għall-kuntrarju ta’ Atalanta, jistgħu jiggarantulu post mal-ewwel ħdax tagħhom. Matthew Scerri

Orsolini ma’ Verona minn Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus jidhru li mhuma xejn kuntenti bil-fatt li Gasperini mhuwies jagħti spazju lil Orsolini. Minħabba f’hekk qed jikkunsidraw li f’Jannar jiħduh lura u jisilfuh lil xi tim ieħor tas-Serie A fejn ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u juri t-talent kollu tiegħu. F’das-sens Verona jistgħu jkunu d-destinazzjoni ideali għalih. Matthew Scerri

Orsolini s’issa lagħab tassew ftit ma’ Atalanta!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-konfront tal-lejla kontra Atalanta joffri anki l-opportunità lil Juventus sabiex isegwu mill-qrib lil Caldara u Spinazzola li mis-sajf li ġej se jkun qed jilbsu l-flokk abjad u iswed tat-tim Juventin. Probabbli ferm li mhux se naraw mill-ewwel minuta lill-plejer l-ieħor li Juventus silfu lil Atalanta. Qed nirreferu għal Orsolini. L-aġent tiegħu, Di Campli, stqarr li kien qed jistenna li Orsolini …

Orsolini sejjer ma’ Atalanta

MatthewJuve News Leave a Comment

Riccardo Orsolini se jkun misluf lil Atalanta għas-sentejn li ġejjin. Dan hu tip ta’ ftehim simili għal dak li sar sena ilu meta Spinazzola ngħaqad b’self ma’ Atalanta. Hekk fl-istaġun li jmiss Atalanta se jkollhom fi ħdanhom tliet pedini tal-Juventus tal-futur: Caldara, Spinazzola u Orsolini. Matthew Scerri

Marotta u Paratici jridu jsibu tim għad-diversi talenti żgħażagħ li Juventus għandhom

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi klabbs tas-Serie A jinsabu f’kuntatti ma’ Juventus bit-tama li jirnexxilhom jiksbu xi wħud mit-talenti żgħażagħ li hemm fit-tim Juventin. Qabelxejn hemm Mandragora u Mattiello li ftit li xejn se jingħataw spazju minn Allegri u allura x’aktarx se jħallu lil Juventus. Imbagħad hemm it-talenti ta’ Juventus Primavera li jinsabu lesti għall-ewwel esperjenza ma’ tim professjonistiku. Nies bħal Kean u Clemenza …

Marotta tkellem anki ma’ Bologna fuq Orsolini

MatthewJuve News Leave a Comment

Ġurnata impenjattiva immens għal Moratta li wara l-laqgħat ma’ Raiola (miċħuda llejla – forsi hi biss tattika?) u ma’ Everton, hu tkellem anki ma’ Bologna. Dawn jinsabu interessati ferm f’Orsolini. Marotta sema l-proposta tagħhom u talab informazzjonijiet dwar il-proġett tattiku tagħhom. Fil-jiem li ġejjin il-partijiet għandhom jerġgħu jiltaqgħu. Matthew Scerri