Orsolini topscorer tat-Tazza tad-Dinja U/20

MatthewJuve News Leave a Comment

Riccardo Orsolini rebaħ il-Golden Boot fit-Tazza tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena. Dan hu premju li jingħata lill-plejer li jkun skurja l-akbar numru ta’ gowls fil-kompetizzjoni. Fil-passat nies bħal Messi, Sergio Aguero u Lacazette kienu rebħu l-Golden Foot. Matthew Scerri

Orsolini. Bologna favoriti jekk Allegri jagħżel li jisilfu

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Bologna huma l-favoriti li jiksbu lil Riccardo Orsolini mingħand Juventus. Kif nafu, Orsolini se jqatta’ l-preseason ma’ Juventus u wara se jkun fid-diskrezzjoni ta’ Allegri jibqax ma’ Juventus jew inkellha jinsilifx lil xi tim ieħor. Fl-eventwalità li jkun misluf, Bologna huma l-favoriti li jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

Paratici f’laqgħa ma’ Pescara dwar xi plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-lukanda Rumana fejn it-tim Juventin qed iqatta’ dawn il-ftit jiem tal-Finali tal-Coppa Italia, aktar kmieni llum seħħet laqgħa bejn Fabio Paratici u tliet diriġenti ta’ Pescara: il-President Sebastiani, id-Direttur tal-Isports Luca Leone u l-klabb manager Simone Pepe (kariga li daqt jibda jokkupa). Paratici talabhom ftit tal-informazzjoni dwar Coulibaly. Fl-istess ħin Pescara esprimew ix-xewqa li jkollhom fit-tim tagħhom lil Favilli u …

Orsolini jieħu post Pjaca mis-sajf

MatthewJuve News Leave a Comment

Riccardo Orsolini wisq probabbli se jinġieb ma’ Juventus mis-sajf li ġej. Hu fil-fatt mistenni jieħu post Pjaca fl-ewwel parti tal-istaġun sakemm jidħol lura Marko Pjaca. Din hi x’aktarx l-opzjoni li se jagħżlu Juventus biex jagħtu lil Pjaca l-opportunità li jirkupra bil-kwiet mill-injury u fl-istess ħin Allegri jkollu plejer b’karatteristiċi simili fit-tim tiegħu. Matthew Scerri

Uffiċjali: Orsolini hu plejer ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbaru li kisbu lil Riccardo Orsolini mingħand Ascoli għas-somma ta’ 6 miljun Ewro, flimkien ma’ 4 miljuni oħra f’bonuses. Orsolini se jibqa’ b’self ma’ Ascoli għall-kumplament tal-istaġun. Hu ffirma kuntratt ma’ Juventus sal-2021. Matthew Scerri