Oscar għall-bejgħ

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Daily Telegraph’ Antonio Conte ma jridx iktar lil Oscar fit-tim ta’ Chelsea u se jawtorizza li jinbigħ. Din hi aħbar tajba għal Juventus li ilhom snin warajh u issa fl-aħħar jista’ jkun li jirnexxilhom jakkwistawh. Matthew Scerri

Irridu tlieta ta’ Chelsea

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ il-kriżi li għaddejjin minnha Chelsea tista’ twassal biex Juventus jiksbu mingħandhom xi plejers li m’għandhomx daqshekk importanti. Il-plejers fil-mira tal-Bianconeri huma Matic, Oscar u Ramires. L-ewwel wieħed jista’ jkun akkwist immedjat, filwaqt li Oscar u Ramires iktar faċli li jiġu s-sena d-dieħla. Matthew Scerri

Juventus ikellmu lil Chelsea għal Cuadrado u Oscar

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Daily Mail’ qed tirraporta li Juventus daqt se jibdew jitkellmu ma’ Chelsea għal żewġ plejers: Cuadrado u Oscar. Juventus iridu qabelxejn jixtru għal kollox lil Cuadrado (qed ikun imsemmi l-prezz ta’ 22 miljun Ewro). Fl-istess ħin jixtiequ ħafna li jixtru lil Oscar sabiex isaħħu n-nofs il-grawnd tagħhom b’plejer li kapaċi jgħaqqad il-nofs il-grawnd mal-attakk. Matthew Scerri

Paratici f’Londra għal Oscar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar jiem kien hemm min ra lil Fabio Paratici f’Londra. Uffiċjalment m’hemm xejn konfermat, biss xi wħud jaħsbu li mar biex jara jekk huwiex possibbli li Juventus jixtru lil Oscar. Chelsea milli jidher se jibdew iwettqu rivoluzzjoni fit-tim tagħhom u se jneħħu xi plejers li Mourinho m’għadx għandu fiduċja fihom. Fost dawn jista’ jkun hemm anki Oscar. Matthew Scerri

Oscar għadu fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi gazzetti u siti qed jagħtu l-aħbar li Juventus għadhom interessati ferm fit-trekwartista Brażiljan ta’ Chelsea, Oscar. Il-Bianconeri lesti jippruvaw jieħduh bħalma fis-sajf ħadu lil Cuadrado. Il-prezz ta’ Oscar hu ta’ madwar 30 miljun Ewro, somma li forsi tista’ tinżel waqt in-negozjati. Matthew Scerri

Marotta jitkellem dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

F’intervista lil “Quotidiano Sportivo”, Beppe Marotta ddikjara li Juventus qed ifittxu midfielder u mhux trekwartista. Fl-opinjoni tiegħu Dybala jista’ jilagħb f’din il-pożizzjoni ta’ trekwartista (Allegri però dejjem qal li mhux possibbli!). Skont Marotta Oscar u Isco mhuma qatt se jiġu ma’ Juventus. Fl-istess ħin tenna li Juventus iridu jżommu lil Pogba, għalkemm sostna li l-każ ta’ Tevez juri kemm hi …