X’inqala’ dwar Osvaldo?

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm misteru kbir dwar dak li seħħ ilbieraħ bejn Osvaldo u Inter. Milli jidher n-Nerazzurri riedu jxolju l-kuntratt tiegħu imma, kif tirraporta “La Gazzetta dello Sport”, Osvaldo rrifjuta li jiffirma l-karti. Wisq probabbli hu kien deluż għall-fatt li fehem li tilef l-opportunità li jingħaqad ma’ Juventus u allura ried ipattiha lil Inter. Qed jissemma li Osvaldo se jiftaħ kawża kontra …

Matri se jkun l-attakkant il-ġdid

MatthewJuve News Leave a Comment

L-attakkant il-ġdid ta’ Juventus se jkun Alessandro Matri. Hu se jkun qed jieħu post Sebastian Giovinco li sejjer ma’ Toronto FC. Juventus għażlu lil Matri peress li n-negozjati għal Osvaldo saru komplessi wisq. Barra minn hekk Allegri hu estimatur kbir ta’ Matri wara li kkowċjah ma’ Cagliari u Milan. Matthew Scerri

Matri jew Osvaldo. Dal-lejl id-deċiżjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

It-Tnejn 2 ta’ Frar tagħlaq is-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Marotta derriena li kull sena rridu nistennew l-aħħar sigħat tal-mercato sabiex Juventus jieħdu lil xi ħadd. Fadal tassew ftit u hemm interess qawwi sabiex naraw min se jieħu post Giovinco. Minn dak li qed jiġi rappurtat jidher li Matri għamel il-medical tests ma’ Juventus, bil-Bianconeri jinsabu kurjużi li jifhmu kemm se …

Marotta ma jikxef xejn imma …

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Marotta tkellem mill-ġdid dwar il-mercato Juventin. Qabel il-partita kontra Udinese hu qal: “Fadal jum ieħor għat-tmiem tal-mercato u qed nistudjaw kull soluzzjoni possibbli f’dawn l-aħħar sigħat. Waħda minn dawn, pereżempju, hi l-kuntratt ta’ Giovinco: jista’ jitlaq ftit xhur qabel. Kollox se jseħħ, però, wara l-partita kontra Udinese. Osvaldo jew Matri? Jekk Giovinco jitlaq, se nieħdu xi ħadd minfloku.” Matthew …

Matri u Osvaldo … nistennew xi kumment minn Marotta

MatthewJuve News Leave a Comment

Hem stennija kbira sabiex naqraw u nisimgħu xi tip ta’ konferma jew ċaħda minn Juventus dwar Matri. Preziosi ddikjara lbieraħ li Matri ġej lura ma’ Juventus. S’issa Marotta għadu ma kkonfermax din l-aħbar. Li hu ċert hu li Juventus kienu qed iżommu lil Matri bħala alternattiva f’każ li ma jirnexxilhomx jieħdu lil Osvaldo. Issa rridu naraw jekk Preziosi għaġġilx fi …

Southampton qabżitilhom!

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-klabb Ingliż ta’ Southampton xejn ma ħa gost bil-fatt li Inter talbu 500,000 Ewro lil Juventus sabiex Osvaldo jkun jista’ jingħaqad mal-Bianconeri sa tmiem l-istaġun. Fil-fatt Southampton fis-sajf silfu b’xejn lil Osvaldo lil Inter sabiex huma jkunu jistgħu jagħtuh l-opportunità li jilgħab u juri x’jaf. Inter mhux talli spiċċaw iġġieldu ma’ Osvaldo u qaċtuh mit-tim, imma issa bil-wiċċ tost kollu …

Osvaldo. It-talba bla sens ta’ Inter!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Juventus għandhom ftehim ma’ Osvaldo innifsu u ma’ Southampton. Il-klabb Ingliż lest jisilfu lil Juventus b’xejn sa tmiem l-istaġun. Milli jidher Osvaldo diġà beda jfittex dar f’Turin. Madankollu rridu noqogħdu attenti għax fadal il-ftehim ma’ Inter li jrid jinstab. Fil-fatt Inter ħaduh b’self b’xejn fis-sajf u għandhom kull dritt li jżommuh sa tmiem l-istaġun. Huma lesti jħallu lil Osvaldo jingħaqad …

Inter iridu nofs miljun għal Osvaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard ilbieraħ filgħaxija Juventus kellhom laqgħa ma’ Inter dwar Osvaldo. Juventus talbu li jingħataw lill-attakkant Italo-Arġentin. Ir-risposta ta’ Inter kienet li huma lesti jħallu lil Osvaldo jiġi Turin u talbu ħlas ta’ nofs miljun Ewro. Huma qed jippretendu din is-somma sabiex ixolju l-kuntratt tagħhom tas-self b’xejn li bih ħadu lill-attakkant fis-sajf mingħand Southampton. Juventus ma jridux jafu li jħallsu xi …

Inter lesti jagħtuna lil Osvaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Erik Thorir ta l-kunsens tiegħu sabiex Daniel Osvaldo jingħaqad ma’ Juventus b’self. Hekk hu jrid jagħmel paċi ma’ Juventus wara dak li nqala’ sena ilu fil-każ Guarin-Vucinic. Issa Juventus iridu jistennew li Toronto FC ikollhom il-go-ahead sabiex jiffirmaw lil Giovinco minn issa stess. Malli jkollhom din il-konferma, Giovinco se jxolji l-kuntratt ma’ Juventus u Osvaldo jiġi lura b’self mal-Bianconeri. L-affarijiet …

Giovinco. Xejn ġdid s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Għad m’hemmx il-go-ahead mill-Bord tal-Major League Soccer sabiex Giovinco jingħaqad ma’ Toronto FC minnufih. Juventus qed jistennew it-tweġiba min-naħa ta’ Toronto FC sabiex jifhmu jekk għandhomx jixtru attakkant ieħor. F’każ li jitlaq Giovinco, minfloku Juventus se jieħdu lil Osvaldo. Pazzini, mill-banda l-oħra, m’għadux għall-bejgħ. Matthew Scerri