Fadal biss Osvaldo!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Wara li anki Pazzini m’għadux għall-bejgħ, Juventus jifdlilhom biss lil Daniel Osvaldo sabiex isaħħu l-attakk tagħhom. Il-plejers Bianconeri jixtiequ lura lil Osvaldo ma’ Juventus. Tajjeb ngħidu li għada l-avukati ta’ Osvaldo se jiltaqgħu ma’ dawk ta’ Inter sabiex isibu soluzzjoni wara l-problemi tal-aħħar ġimgħat. Probabbli li Osvaldo jxolji l-kuntratt ma’ Inter u hekk ikun jista’ jingħaqad ma’ Juventus. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Giovinco tkellem ma’ Toronto FC

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-lejl li għadda l-aġent ta’ Giovinco tkellem mad-diriġenti ta’ Toronto FC. Hu għarrafhom li Giovinco lest ixolji l-kuntratt ma’ Juventus u jingħaqad magħhom minnufih minflok f’Lulju. Toronto qed jaħsbuha u se jagħtuh risposta dalwaqt. Fis-sigħat li ġejjin mistennija toħroġ l-aħbar dwar id-deċiżjoni ta’ Toronto F.C. Jekk jitlaq Giovinco, Juventus ikollhom jixtru attakkant: Osvaldo jew Pazzini l-iktar probabbli. Matthew Scerri

Zaza le, Osvaldo forsi … imma jaf ma jinbidel xejn

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sky’ u ‘Tuttosport’ qed jirrapurtaw li Juventus qatgħu qalbhom li jistgħu jaslu biex jiksbu s-servizzi ta’ Simone Zaza. Għaldaqstant Marotta beda jfittex attakkant ieħor. Hu probabbli ferm li jkun hemm ritorn ta’ Daniel Osvaldo li jinsab miġġieled ma’ Inter u allura n-Nerazzurri lesti jeħilsu minnu malajr kemm jista’ jkun. Lanqas ma hu eskluż li Juventus iżommu lil Giovinco u ma …

Jifdal biss Osvaldo u Necid

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li jfallilhom l-akkwist ta’ Zaza, Juventus xorta se jagħmlu akkwist fl-attakk. F’dan l-istadju l-uniċi alternattivi għal Zaza huma Osvaldo u Necid. Pazzini, li Allegri tant xtaq, m’għadux għall-bejgħ wara li El Shaarawy kiser siequ. Jifdal Osvaldo li hu eks plejer Juventin u li jinsab miġġieled minn ma’ Inter. Barra minn hekk hemm Tomas Necid li Juventus qed jixtru flimkien …

Żminijiet diffiċli għal Osvaldo u Cassano

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar jiem issemmew ma’ Juventus kemm Osvaldo kif ukoll Cassano. It-tnejn li huma għaddejjin minn perjodu diffiċli ferm mal-klabbs rispettivi tagħhom tant li daħlu fin-nofs jew se jidħlu l-qrati.  Cassano qed jitlob li jitħallsulu l-pagi tax-xhur li għaddew u ressaq rikors fil-Qorti għal dan l-għan. Osvaldo, mill-banda l-oħra, ma tħalliex jidħol fit-training camps ta’ Inter u qed jikkunsidra li jiftaħ …

Zaza. Il-punt s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu qomnu b’geġwija ta’ aħbarijiet dwar Giovinco u Zaza. Tajjeb li nagħmlu ftit tal-ordni u nipprovaw nifhmu x’qed jiġri. L-ewwel nett kull gazzetta u website qed tirraporta li Juventus jixtiequ jxolju l-kuntratt ta’ Giovinco u minfloku jġibu attakkant ieħor. L-aġent ta’ Giovinco, Andrea D’Amico stqarr tard ilbieraħ li s’issa għad m’hemm l-ebda talba f’dan is-sens min-naħa ta’ Juventus. Intant hemm …

Osvaldo sospiż minn Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Inter issospendew lil Daniel Osvaldo u issa hu dejjem iktar probabbli li hu se jinbigħ. Fl-aħħar jumejn hu ma marx għat-training. Qabel dan kellu battibett ma’ Mancini u l-famuża ġlieda ma’ Icardi fil-grawnd kontra Juventus. Hemm indikazzjonijiet li hu mar Spanja f’dawn l-aħħar jiem. Mhux magħruf jekk huwiex fi trattativa ma’ xi klabb Spanjol. Matthew Scerri

Osvaldo jrid jiġi lura ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ Osvaldo jixtieq ħafna jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri għadhom mhumiex daqshekk konvinti minn dan l-akkwist, għalkemm hemm indikazzjonijiet li jekk ifallulhom l-akkwisti l-oħra li għandhom f’moħħhom jistgħu jibdlu fehmthom fl-aħħar ta’ Jannar u jippruvaw jieħduh. Matthew Scerri

Mill-ġdid Osvaldo

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Kif kien mistenni Daniel Osvaldo jinsab mill-ġdid fil-mira ta’ Juventus. L-attakkant Taljan se jitlaq lil Inter wara li nhar it-Tlieta kellu battibekk ma’ Icardi fil-grawnd kontra Juventus. Il-maġġor parti tat-timijiet tas-Serie A jriduh, u fost dawn hem anki Juventus. Skont ‘Tuttosport’, però, il-favoriti nett li jieħduh huma Torino u Boca Juniors. Matthew Scerri