Llorente u flus għal Ozil

MatthewJuve News Leave a Comment

Anki Arsenal jinsabu interessati f’Fernando Llorente u milli jidher lesti joffru 11-il miljun Ewro għalih. Juventus min-naħa tagħhom qed itellgħu u jniżżlu dwar l-interessament min-naħa ta’ Arsenal. Mhux eskluż li Juventus iressqu kontro-proposta: Llorente u flus għal Ozil. Matthew Scerri

Pjaċir doppju minn Arsenal?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar  tal-ġurnata hi l-offerta ta’ 57 miljun li Arsenal ressqu għal Karim Benzema Probabbli ferm li huma jiksbu lil Benzema mingħand Real Madrid. L-Ispanjoli min-naħa tagħhom se jinvestu parti mill-flus fl-akkwist ta’ Llorente. Barra minn hekk, Arsenal ikollhom bżonn ibigħu xi plejer biex ikollhom il-flus x’jinvestu fl-akkwist ta’ Benzema. Għaldaqstant mhux eskluż li huma jbigħu lil Ozil. Matthew Scerri

L-alternattivi l-oħra f’każ li jfalli l-akkwist ta’ Gotze

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li Marotta ma jirnexxilux jakkwista lil Mario Gotze, Juventus għandhom xi plejers oħra li qed jikkunsidraw. Qabel xejn hemm Draxler u  Cuadrado, b’Marotta u Paratici spiss ikollhom kuntatti mal-aġenti tagħhom. Imbagħad hemm bħas-soltu Oscar, Isco u Ozil, li huma kemxejn iktar diffiċli biex jinxtraw minħabba l-prezz. Matthew Scerri

Kif tista’ tinbidel il-Juventus bit-tluq ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bejgħ ta’ Vidal jista’ jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ plejer ta’ fama. Marotta qed jikkunsira li jixtri bil-flus ta’ Vidal lil Mario Gotze jew inkella Cuadrado. Jista’ jagħti l-każ li l-flus jiġu investiti fl-akkwist ta’ Isco jew Oscar. Barra minn hekk se jkun hemm investimenti oħra li potenzjalment jistgħu jseħħu: Alex Sandro, Draxler, Ozil, Praet u De Bruyne. Matthew Scerri

X’jista’ jwassal biex Ozil jingħaqad ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm diversi raġunijiet li jistgħu jwasslu biex Mesut Ozil effettivament jasal biex jingħaqad ma’ Juventus. Qabelxejn hu ħabib kbir ta’ Sami Khedira u barra minn hekk l-isponsor tiegħu huma Adidas, li għadhom kif rabtu isimhom ma’ Juventus. Barra minn hekk hemm ir-relazzjonijiet mhux daqstant tajba bejn Ozil u Wenger. Matthew Scerri

Imsemmi anki Ozil

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ illum tikteb li għall-flokk numru 10 ta’ Juventus qed jiġi kkunsidrat anki Mesut Ozil. Arsenal qed jitolbu 40 miljun Ewro għalih. L-akkwist tiegħu jista’ jkun marbut mal-bejgh ta’ Vidal jew Pogba. Matthew Scerri