Paratici jispjega kif qegħdin l-affarijiet dwar Mandzukic

MatthewJuve News Leave a Comment

“Aħna qed niflu s-sitwazzjoni. Mandzukic qed jifli bir-reqqa l-offerti li waslulu. Hu plejer li tana ħafna u nqisuh bħala persuna speċjali. Jekk jagħżel li jitlaq, inkunu kuntenti li nissodisfaw ix-xewqa tiegħu. Inkella nsibu soluzzjoni oħra. Mhix problema.” Hekk tkellem Paratici dwar Mario Mandzukic qabel il-partita kontra Spal. Infakkru li s-suq t-trasferimenti fil-Qatar jagħlaq fit-30 ta’ Settembru. Matthew Scerri

Paratici: “Mandzukic? Kollox wieqaf”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Juventus-Verona, Fabio Paratici kkonferma li n-negozjati bejn Mandzukic u l-klabbs mill-Qatar bħalissa jinsabu f’fażi ta’ stand-by. “Irridu nistennew u naraw x’se jiġri fil-jiem li ġejjin. Hemm ċans sat-30 ta’ Settembru għat-trasferimenti fil-Qatar,” qal Paratici. Matthew Scerri

Tensjoni fi ħdan it-tim Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilbieraħ jidher li kien hemm battibekk bejn Sarri u Paratici. Skont Il Corriere dello Sport il-kowċ Juventin ma ħax pjaċir li  ma nbigħux xi plejers li attwalment huma żejda fit-tim. Barra minn hekk hu kellu jħalli tnejn barra, sitwazzjoni li ħolqot tensjoni żejda fit-tim. Fil-konfront li kellhom, Sarri esprima d-dispjaċir tiegħu li Paratici ma rnexxilux ibigħ xi plejers mit-tim. Matthew …

Paratici: “Dybala mhux se jitlaq lil Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel il-partita kontra Napoli, Fabio Paratici ddikjara pubblikament li hu jeskludi li Paulo Dybala se jħalli lil Juventus. Hu sostna li sakemm is-suq tat-trasferimenti jibqa’ miftuħ, kull klabb se jibqa’ jagħmle dak li jista’ biex japprofitta mill-okkażjonijiet li jinqalgħu kemm f’termini ta’ xiri ta’ plejers, kif ukoll ta’ bejgħ. Dan però mhuwiex il-każ ta’ Dybala li se jibqa’ ma’ Juventus. …

Jitkellem Paratici

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi tmiem il-partita ta’ Villar Perosa tkellem Fabio Paratici. Lil Sky hu qal li hu veru li hemm sitt plejers li attwalment iridu jibqgħu barra mil-lista taċ-Champions League. Tlieta minnhom huma Perin u Pjaca (it-tnejn li huma barra b’injuries), kif ukoll Pellegrini li sejjer ma’ Cagliari. Juventus qed jaraw x’offerti qed jaslulhom u jifluhom b’rispett lejn dak kollu li l-plejers …

Marotta jħossu ttradut minn Paratici

MatthewJuve News 1 Comment

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Marotta qed iħossu ttradut minn Fabio Paratici. Fil-fatt hu sar jaf li Paratici ilu għaddej bil-kuntatti ma’ Wanda Nara sa minn Jannar. Ovvjament il-kuntatti qed isiru minħabba li Juventus iridu jixtru lil Icardi. F’dan l-istadju Marotta jaf li x’aktrx mhux se jirnexxilu jbigħ lil Icardi bil-prezz li jrid hu u x’aktax anki lit-tim …