Paratici jgħid tiegħu dwar il-futur ta’ Allegri

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Napoli-Juventus, Fabio Paratici sostna li “l-futur ta’ Allegri ma’ Juventus mhuwiex marbut maċ-Champions League jew ma’ kampjonat mirbuħ jew mitluf. Hu marbut ma’ proġett magħna. Kif qal tajjeb hu wara l-partita kontra Atletico Allegri se jiltaqa’ ma’ Agnelli u se jiddiskutu l-futur flimkien. Wara naraw x’se jiġri.” Paratici ċaħad anki li bired ir-rapport bejn Allegri u d-diriġenza Bianconera: “Jien …

Paratici: “Ilu ma jkollna kuntatti ma’ Wanda Nara”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici ċċara llum li fil-jiem li għaddew Juventus ma kellhom ebda kuntatt ma’ Wanda Nara. Hu sostna li lanqas fis-sajf ma kienx hemm negozjati għall-akkwist tiegħu. Kulma sar kien biss kuntatt sabiex Juventus jifhmu x’possibbiltà kien hemm li jixtru lil Icardi. Wara, imma, Juventus marru għal plejers oħra. Hu temm jgħid Li Icardi hu plejer ta’ Inter u eventwalment …

Premijiet għal Ronaldo, Matuidi u Paratici

MatthewJuve News Leave a Comment

Ronaldo, Matuidi u Paratici kienu l-protagonisti waqt il-Globe Soccer Awards u rebħu premijiet li jirrikonoxxu l-valur veru tagħhom. Ronaldo rebaħ b’kollox tliet premijiet fosthom dak għall-Aqwa Plejer tas-Sena. Matuidi ngħata premju għall-karriera, filwaqt li Paratici ntgħażel bħala l-Aqwa Direttur tal-Isports. Matthew Scerri

Paratici jitkellem dwar Ramsey, Kean, Allegri u Mbappe

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Sky, Fabio Paratici sostna li Juventus qegħdin attenti għall-okkażjonijiet tajba li jistgħu jinqalgħu fis-suq tat-trasferimenti. Fost dawn hemm anki Ramsey, għalkemm Paratici fakkar ukoll li Juventus mhumiex l-uniċi li jriduh. Hu qal anki li f’Jannar Juventus iridu jżommu l-plejers kollha li għandhom fit-tim, Kean inkluż. Dwar il-futur, Paratici qal li Allegri se jibqa’ kowċ ta’ Juventus, filwaqt li …

Paratici: “Mhux se jinbidlu wisq affarijiet bit-tluq ta’ Marotta”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Udinese-Juventus, Fabio Paratici kien intervistat minn Sky. Hu sostna li t-tmexxija fi ħdan Juventus ftit li xejn se tinbidel issa li telaq Marotta: “Qabel konna erba’ persuni niddeċiedu kollox: Il-President Agnelli, Nedved, Marotta u jien, flimkien anki ma’ Allegri fuq ċerta kwistjonijiet. Issa se jibqa’ kollox l-istess biss se nkunu tlieta minflok erbgħa,” spjega Paratici. Intant nafu li fl-aħħar …