Paratici: “Mhux se jinbidlu wisq affarijiet bit-tluq ta’ Marotta”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Udinese-Juventus, Fabio Paratici kien intervistat minn Sky. Hu sostna li t-tmexxija fi ħdan Juventus ftit li xejn se tinbidel issa li telaq Marotta: “Qabel konna erba’ persuni niddeċiedu kollox: Il-President Agnelli, Nedved, Marotta u jien, flimkien anki ma’ Allegri fuq ċerta kwistjonijiet. Issa se jibqa’ kollox l-istess biss se nkunu tlieta minflok erbgħa,” spjega Paratici. Intant nafu li fl-aħħar …

Paratici f’laqgħa ma’ Marina Granovskaia

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-Sibt hi l-ġurnata li matulha Paratici għandu jkollu l-laqgħa ma’ Marina Granovskaia ta’ Chelsea. Il-klabb Ingliż jinsab interessat f’erba’ plejers ta’ Juventus: Rugani, Higuain, Caldara u Pjanic. Probabbli li Chelsea joffru 90-100 miljun għal Higuain u wieħed bejn Rugani u Caldara. Pjanic għandu jkun innegozjat separatament. Matthew Scerri

Il-ħbiberija kbira bejn Paratici u l-aħwa Inzaghi

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar xhur qrajna spiss li Simone Inzaghi jista’ jieħu post Allegri bħala kowċ ta’ Juventus mis-sena d-dieħla jew ta’ wara. La Gazzetta dello Sport żvelat li Fabio Paratici hu ħabib kbir ta’ Filippo u Simone Inzaghi. Huma ilhom jafu lil xulxin sa minn meta kienu żgħar u lagħbu flimkien fil-youths ta’ Piacenza. Jidher li anki spiss iqattgħu l-vaganzi flimkien. Dan …