Verona-Juventus 2-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Draw fl-aħħar tas-Serie A, b’gowl tal-avversarji fl-aħħar minuta eżatt tal-partita. Juventus dehru distratti u b’moħħhom diġà f’Berlin. Pereyra fetaħ l-iskor b’gowl a là Del Piero l-ġmiel tiegħu. Fit-tieni taqsima skorja Toni u wara Llorente reġà poġġa lil Juventus fil-vantaġġ. Lejn tmiem il-partita Tevez kellu penalty milqugħ minn Rafael u ftit wara Pepe tkeċċa għal daħla kerha fuq plejer avversarju. Fl-aħħar …

Juventus-Napoli 3-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Partita oħra bla storja għal Juventus kontra avversarju li kien qed jittama li jkompli l-mixja tiegħu għall-post fl-Ewropa. L-istess bħall-partita ta’ San Siro kontra Inter, Juventus niżlu fil-grawnd għall-partita ta’ Napoli b’diversi bidliet fit-tim. U għal darb’oħra Juventus reġgħu rebħu. Dan kollu juri l-qawwa tal-iskwadra Bianconeri u d-distakk li jeżisti bejnha u t-timijiet l-oħra tas-Serie A. Illum Juventus għandhom mhux …

Inter-Juventus 1-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn ġimgħa għall-oħra, anzi minn partita għall-oħra Juventus ma jonqsux li jimpressjonaw lil kulħadd. Il-Bianconeri huma magna perfetta li kapaċi tegħleb kull ostaklu u tilħaq dejjem l-objettiv tagħha. Dan iseħħ anki meta jkun hemm nofs tim barra u nkunu qed nilagħbu partita li għalina ma kella ebda valur. Il-plejers kollha jidhru li jinsabu f’sikkithom fiżikament u mentalment ippreparati għal kull …

Juventus-Napoli fit-23 ta’ Mejju?

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ hu probabbli li Juventus-Napoli tintlagħab is-Sibt 23 ta’ Mejju fis-6.00 p.m. S’issa għad m’hemm xejn uffiċjali. Li hu ċert hu li l-Lega Calcio kienet kitbet li jekk il-Finali tal-Coppa Italia tintlagħab fl-20 ta’ Mejju, Juventus-Napoli kienet se timxi għall-Ħadd 24 ta’ Mejju fid-8.45 p.m. Issa ma nafux jekk dan kollu huwiex se jinbidel. Matthew Scerri

Juventus-Cagliari 1-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara kważi xahrejn Paul Pogba daħal lura għall-azzjoni u skurja mill-ewwel. Iktar importanti minn hekk hu deher li għandu forma tajba u jinsab lest biex ikun jista’ jilgħab kontra Real Madrid. Din hi ċertament l-isbaħ ħaġa ta’ serata b’partita bla storja u bla ebda interess għal Juventus. Il-Bianconeri lagħbu bħala plejers regolari neqsin apposta biex ikunu jistgħu jinżlu fil-grawnd dawk …

Juventus-Real Madrid 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Wirja stupenda  ta’ Juventus u l-ewwel leg tas-Semifinali kontra Real Madrid jintrebaħ mill-Bianconeri. Lgħabna kontra tim stellari, imma din id-darba bbrillaw il-plejers Bianconeri. Vidal u Tevez kienu tal-ġenn bħal dejjem, Chiellini, Bonucci u Marchisio komplew juru li huma fost l-aqwa fid-dinja, filwaqt li anki Sturaro qed ikollu staġun mill-aqwa u bil-mod il-mod qed jikseb post fiss fl-iskwadra Bianconera. Juventus huma …

Sampdoria-Juventus 0-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Kellna bżonn punt biex nirbħu r-raba’ scudetto konsekuttiv, imma Juventus ma jafux jikkuntentaw biss bi draw. Il-gowl tar-rebħa wasal minn wieħed mill-plejers l-aktar rappreżentattivi ta’ dawn l-aħħar erba’ snin: Arturo Vidal. Hu flimkien ma’ ħafna plejers oħra bħal Marchisio, Chiellini, Buffon, Barzagli, Pirlo, Tevez u ħafna oħrajn kienu strumentali sabiex Juventus jgħaddu mill-istaġuni deludenti u umiljanti tal-epoka Ranieri-Ferrara-Del Neri għas-suċċessi …

Juventus-Fiorentina 3-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Qrobna pass ieħor lejn ir-rebħ tal-iscudetto b’wirja kollox ma’ kollox tajba għalkemm id-difiża kienet iktar distratta mis-soltu. Kien pożittiv ferm li wara li morna minn taħt, kellna reazzjoni mill-aqwa biex dawwarna r-riżultat favurina f’temp ta’ ftit minuti. Dan jixhed li t-tim jinsab f’sikktu u li jinsab lest għall-impenn delikat ferm kontra Real Madrid fis-Semifinali taċ-Champions League. Qabel, però nhar is-Sibt …

Torino-Juventus 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara għoxrin sena Torino rnexxilhom jirbħu Derby. Kienet l-iktar partita spettakolari tas-sena bi-timijiet jattakkaw mill-ewwel sal-aħħar minuta. Juventus lagħbu tajjeb u kollox ma’ kollox kien ħaqqhom li mqar jiksbu draw. Rebħu Torino, però, bil-Bianconeri jkollhom jipproponu ċ-ċelebrazzjonijiet għar-rebħ tal-iscudetto. TORINO-JUVENTUS 2-1 Skorjaw: Pirlo (J), Darmian (T), Quagliarella (T) Torino (3-5-2): Padelli; Maksimovic, Glik, Moretti; Peres, Benassi (Vives), Gazzi, El Kaddouri, …