Monaco-Juventus 0-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara tnax-il sena Juventus reġgħu waslu  sas-Semifinali taċ-Champions League. Il-Bianconeri ma kellhomx xi wirja tajba u anzi dehru emozjonati ferm. Fuq livell individwali diversi plejers bdew jiżbaljaw ħafna iktar mis-soltu u kien hemm mumenti fejn deherna li fiżikament ma konniex ippreparati biżżejjed. Jibqa’ l-fatt però li wasalna sas-Semifinali u li ma qlajniex gowl. Id-difiża hi b’saħħitha ħafna, il-midfield stellari filwaqt …

Juventus-Lazio 2-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Wirja oħra stupenda u anki l-‘finali’ tal-iscudetto ġiet mirbuħa. Kontra skwadra qawwija bħal Lazio, Juventus urew mill-ġdid li huma l-aqwa tim fl-Italja u li ħaqqhom jirbħu r-raba’ kampjonat infila. It-tim hu b’saħħtu f’kull parti tal-grawnd. Id-difiża hi l-aqwa waħda tal-Italja, b’Buffon juri li għadu l-aqwa wieħed fid-dinja. Nofs il-grawnd hu wieħed ta’ klassi kbira u verament ftit timijiet fid-dinja jistgħu …

Parma-Juventus 1-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus kemxejn distratta u bla ħeġġa ħarġet telliefa kontra t-tim fl-aħħar post tal-klassifika. Il-Bianconeri, b’ħafna forsi wisq plejers assenti, ma lagħbux tajjeb daqs is-soltu u finalment kien ħaqqhom jitilfu. Il-midfielders bħas-soltu kienu l-aqwa fil-grawnd, b’Sturaro li dejjem iktar qed jidħol fil-mekkaniżmi tat-tim ta’ Allegri. Mill-banda l-oħra reġa’ kien deludenti immens Fernando Llorente b’wirja oħra fjakka. Xi ftit  jew wisq it-tim …

Fiorentina-Juventus 0-3

MatthewJuve News Leave a Comment

Partita oħra perfetta minkejja diversi plejers neqsin bħal Pirlo, Tevez u Pogba. Il-Bianconeri reġa’ lagħbu partita kbira u wrew li fl-Italja huma tim bla konkorrenti. Kull min qed jilgħab qed ikollu wirjiet tajba sinjali li Allegri qed jagħmel xogħol kbir. Nies bħal Matri, Padoin u Sturaro, li fuq il-karta huma riservi, qed juru li kapaċi jilagħbu f’tim kbir bħal Juventus. …

Juventus-Empoli 2-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Tkompli bla waqfien il-mixja ta’ Juventus lejn ir-rebħ tat-33 scudetto. Għal darb’oħra kellu jkun Tevez, b’wirja impekkabbli, li ddeċieda l-partita. Hu skorja l-ewwel gowl u kien strumentali anki fit-tieni wieħed. Hi rebħa fundamentali li waslet, tajjeb infakkru, minkejja li f’nofs il-grawnd kien hem neqsin Marchisio, Pogba u Pirlo. Issa, kif qal Allegri fi tmiem il-partita, Juventus jinsabu partita eqreb lejn …

Juventus-Genoa 1-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Carlitos Tevez għal darb’oħra l-eroj ta’ Juventus b’gowl tal-ġenn kontra Genoa. Il-Bianconeri lagħbu tajjeb, imma kellu jkun Tevez li ddeċieda l-partita. Hekk Juventus kisbu tleit punti oħra u resqu pass eqreb lejn ir-rebħ tal-iscudetto. JUVENTUS-GENOA 1-0 Skorjaw: Tevez (J) Juventus: Buffon; Barzagli, Bonucci, Chiellini; Lichtsteiner (Pepe), Pereyra, Marchisio, Vidal (Sturaro), Padoin; Llorente (Matri), Tevez. Kowċ: Allegri. Genoa: Perin (Lamanna); Roncaglia, …

Borussia Dortmund-Juventus 0-3

MatthewJuve News Leave a Comment

Partita perfetta u Juventus mill-ġdid isibu posthom mal-aqwa tmiem klabbs tal-Ewropa. Il-Bianconeri kienu qed jilagħbu kontra tim qawwi (finali sentejn ilu), imma fiż-żewġ konfronti Juventus kienu mingħajr dubju l-aqwa tim fil-grawnd. Għaddejna bil-mertu u urejna li kapaċi nirbħu anki kontra l-aqwa timijiet. Il-wirja tat-tim kollha kienet tajba ferm, imma ma nistgħux ma nsemmux dik ta’ Tevez li kienet sempliċement sublimi. …

Palermo-Juventus 0-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Gowl fantastiku ta’ Alvaro Morata ta tliet punti oħra lil Juventus u issa l-punti ta’ vantaġġ fuq Roma telgħu għal 14 (anki jekk b’partita iktar). Juventus ma lagħbux xi partita brillanti ħafna, bejn għax kien moħħhom fl-isfida kontra Borussia Dortmund u bejn għax lagħbu diversi plejers li kienu qed jiddebuttaw jew kien ilhom ftit ma jilagħbu. Kollox ma’ kollox kien …

Juventus-Sassuolo 1-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Paul Pogba mill-ġdid l-eroj ta’ Juventus. Il-gowl tar-rebħa Bianconera għandu għal darb’oħra l-firma tiegħu. Il-wirja tat-tim ta’ Allegri reġgħet ma kinitx brillanti ferm u speċjalment l-attakk kien kemxejn fjakk. It-tim jidher għajjien u forsi hemm tensjoni qawwija wisq għar-return match kontra Borussia Dortmund. Veru li dik il-partita se tkun fondamentali għal dan l-istaġun, però għandna naraw kif ma nħalluhiex tiħdilna …

Juventus-Fiorentina 1-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus konfużjonarja u diżattenta fil-fażi difensiva sfat telliefa fl-ewwel sfida kontra Fiorentina fis-Semifinali tal-Coppa Italia. L-eroj tas-serata għal Fiorentina kien Salah li għaraf japprofitta mill-iżbalji difensivi ta’ Juventus. Issa Juventus iridu jegħlbu lil Fiorentina billi jiskorjaw żewġ gowls iktar sabiex jgħaddu. Inkella jista’ jkun biżżejjed gowl biss iktar minn Fiorentina mir-riżultat ta’ 3-2  ‘l quddiem favur Juventus. JUVENTUS-FIORENTINA 1-2 SKORJAW: …