Roma-Juventus 1-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Match ball mitluf minn Juventus. Illejla l-Bianconeri marru tassew qrib li jagħlqu l-kampjonat. Għal siegħa sħiħa ddominat il-biża’ fil-grawnd, b’Juventus ikunu kemxejn aħjar minn Roma. Tevez imbagħad skorja ġmiel ta’ gowl minn free-kick u peress li Roma sfaw b’raġel inqas, kollox kien jindika li l-Bianconeri setgħu jmorru lura Turin bi tliet punti. Madankollu Roma kellhom reazzjoni mill-aqwa u rnexxilhom jiksbu …

Juventus-Borussia Dortmund 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Wirja kbira denja ta’ wieħed mill-aqwa tmien timijiet tal-Ewropa. Kontra Borussia rajna Juventus li lagħbet logħba ta’ intelliġenza kbira, tattikament perfetta u b’mentalità ta’ tim li lest jiġġieled sabiex jirbaħ l-ogħla unur tal-futbol Ewropew. Allegri ġab miegħu bidla kbira fil-mod kif Juventus jilagħbu fl-Ewropa. Tim qed jinżel fil-grawnd b’mentalità mill-aqwa u dan qed iħalli effett pożittiv immens fuq il-wirjiet tat-tim. …

Juventus-Atalanta 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Gowl mill-isbaħ ta’ Pirlo ta t-tliet punti lil Juventus fil-partita kontra Atalanta. Il-Bianconeri ma kinux brillanti ħafna, għalkemm xorta waħda lagħbu tajjeb. L-iktar punt pożittiv kien li, la darba marru minn taħt, huma kellhom reazzjoni tajba u rnexxilhom idawru r-riżultat favurihom. Llorente skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-2015. Imbagħad, kif għidna, wasal il-gowl tal-ġenn ta’ Andrea Pirlo. JUVENTUS-ATALANTA 2-1 Skorjaw: Migliaccio …

Cesena-Juventus 2-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Cesena waqqfu lil Juventus f’dik li nistgħu nqisu bħala l-iktar wirja fqira tal-Bianconeri din is-sena. Kontra avversarju ferm inferjuri għalihom, il-plejers tat-tim ta’ Allegri dehru distratti u moħħhom mhux hemm. Illejla Juventus setgħu prattikament jagħlqu l-kampjonat. Dan però ma seħħx minħabba l-iżbalji ta’ Pirlo u Vidal, kif ukoll l-amneżiji tad-difiża. CESENA-JUVENTUS 2-2 Skorjaw: Djuric (C), Morata (J), Marchisio (J), Brienza …

Juventus-Milan 3-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus normali kienet biżżejjed biex għelbet lil Milan b’mod mill-aktar faċli. Juventus huma tassew magna perfetta li kapaċi tkisser lill-avversarji anki meta wħud mill-aqwa stilel ikunu mhux f’sikkithom. Eżempju ċar ta’ dan hu Tevez li lbieraħ kellu d-deni, iżda llejla xorta waħda għaraf ipoġġi lil Juventus fil-vantaġġ u tqabad fil-grawnd għal partita sħiħa. JUVENTUS-MILAN 3-1 Skorjaw: Tevez (J), Antonelli (M), …

Udinese-Juventus 0-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Għat-tieni darba f’dan l-istaġun partita ta’ Juventus intemmet bl-iskor ta’ 0-0. It-tim ta’ Allegri llum ma kellux wirja tajba ferm u għall-kuntrarju tal-Ħadd li għadda din id-darba Pogba jew xi stilla oħra ma rnexxilhiex issolvi l-partita waħidha. Il-Bianconeri dehru xi ftit għajjenin minħabba l-ħafna impenji tal-aħħar jiem. Udinese, mill-banda l-oħra, lagħbu tajjeb u kisbu punt meritat. UDINESE-JUVENTUS 0-0 UDINESE: Karnezis; …

Parma-Juventus 0-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Alvaro Morata għal darba kien deċiżiv meta poġġa l-firma tiegħu fuq ir-rebħa ta’ Juventus kontra Parma. Il-Bianconeri batew iktar minn kemm kien mistenni sabiex jegħlbu lil Parma. Ma ninsewx li fil-kampjonat hemm 40 punt differenza bejn iż-żewġ timijiet. Parma f’din il-partita lagħbu bil-qalb u ħarġu mill-grawnd b’rashom mgħollija. Juventus, mill-banda tagħhom, ftit li xejn kien brillanti f’din il-partita, imma xorta …

Juventus-Chievo 2-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Rebħa u tliet punti oħra għal Juventus minkejja wirja mhux daqstant brillanti. Chievo wrew li huma tim mill-aqwa u kienu ferm organizzati fil-grawnd. Kollox kien jindika l-partita kienet se tispiċċa fi draw, meta f’daqqa waħda Pogba ddeċieda li jirbaħha.  Hu skorja ġmiel ta’ gowl u kien strumentali anki fit-tieni wieħed. Bi plejers bħalu u bħal Vidal, Juventus jibqgħu mingħajr dubju …

Juventus-Verona 4-0

MatthewJuve News Leave a Comment

Partita oħra bla storja bejn Juventus u Verona. Il-Bianconeri kisbu rebħa oħra bi skor kbir u saħħew posthom f’ras il-klassifika tas-Serie A. Issa Juventus għandhom 5 punti fuq Roma u taw risposta fil-grawnd għall-ħafna polemiki, il-qrid u tpeċliq ta’ Garcia u Benitez. Lil hinn mill-paroli vojt, Juventus huma bil-fatti l-aqwa tim fis-Serie A. JUVENTUS-VERONA 4-0 Skorjaw: Pogba (J), 2 Tevez …

Juventus-Verona 6-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Partita bla storja dik bejn Juventus u Verona fil-Coppa Italia. Il-Bianconeri, li niżlu fil-grawnd bir-riservi, għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 6-1 u għadda għar-rawnd li jmiss fejn se jiltaqgħu kontra Parma. Fit-tim Juventin ibbrillaw Giovinco u Pepe li kienu strumentali għal din ir-rebħa. Kellna ukoll fil-partita gowls mill-isbaħ minn Pereyra u fuq kollox Coman. Insomma mar kollox tajjeb … u …