Imsemmi mill-ġdid Pazzini

MatthewJuve News Leave a Comment

Hemm anki Pazzini, flimkien ma’ Matri u Gilardino, fost il-kandidati tal-akkwist tal-attakkant low cost. Juventus, kif diġà għidna, qed jikkunsidraw l-akkwist ta’ attakkant ieħor la darba Mandzukic għandu xahar barra. Matthew Scerri

Għadu ħaj l-interess f’Pazzini

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom iridu lil Giampaolo Pazzini. F’Ġunju jintemmlu l-kuntratt ma’ Milan. Marotta u Paratici jafu sew peress li kien magħhom ma’ Sampdoria. Huma jikkunsidrawh attakkant tajjeb u ta’ esperjenza. Apparti Juventus hemm anki Sampdoria li jriduh. Matthew Scerri

Inter iridu nofs miljun għal Osvaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Tard ilbieraħ filgħaxija Juventus kellhom laqgħa ma’ Inter dwar Osvaldo. Juventus talbu li jingħataw lill-attakkant Italo-Arġentin. Ir-risposta ta’ Inter kienet li huma lesti jħallu lil Osvaldo jiġi Turin u talbu ħlas ta’ nofs miljun Ewro. Huma qed jippretendu din is-somma sabiex ixolju l-kuntratt tagħhom tas-self b’xejn li bih ħadu lill-attakkant fis-sajf mingħand Southampton. Juventus ma jridux jafu li jħallsu xi …

Giovinco. Xejn ġdid s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Għad m’hemmx il-go-ahead mill-Bord tal-Major League Soccer sabiex Giovinco jingħaqad ma’ Toronto FC minnufih. Juventus qed jistennew it-tweġiba min-naħa ta’ Toronto FC sabiex jifhmu jekk għandhomx jixtru attakkant ieħor. F’każ li jitlaq Giovinco, minfloku Juventus se jieħdu lil Osvaldo. Pazzini, mill-banda l-oħra, m’għadux għall-bejgħ. Matthew Scerri

Galliani: “Pazzini mhux għall-bejgħ”

MatthewJuve News Leave a Comment

Adriano Galliani għamilha ċara li Giampaolo Pazzini se jibqa’ ma’ Milan. Fil-fatt Destro għadu ma aċċettax l-offerta ta’ Milan u allura r-Rossoneri ma jistgħux u lanqas iridu jbigħu lil Pazzini. L-idea ta’ Galliani hi li jżomm lil Pazzini anki jekk Milan jixtru lil Destro. Matthew Scerri

L-aġent ta’ Giovinco tkellem ma’ Toronto FC

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-lejl li għadda l-aġent ta’ Giovinco tkellem mad-diriġenti ta’ Toronto FC. Hu għarrafhom li Giovinco lest ixolji l-kuntratt ma’ Juventus u jingħaqad magħhom minnufih minflok f’Lulju. Toronto qed jaħsbuha u se jagħtuh risposta dalwaqt. Fis-sigħat li ġejjin mistennija toħroġ l-aħbar dwar id-deċiżjoni ta’ Toronto F.C. Jekk jitlaq Giovinco, Juventus ikollhom jixtru attakkant: Osvaldo jew Pazzini l-iktar probabbli. Matthew Scerri

Bdil Pazzini-De Ceglie?

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sportmediaset’ qed jirrapurtaw li Milan avviċinaw lil Juventus u pproponewlhom tpartit bejn Pazzini u De Ceglie. Milan m’għadx għandhom bżonn lil Pazzini peress li se jieħdu lil Destro. Fl-istess ħin huma jeħtieġu full-back. Allegri, mill-banda tiegħu, se jkun kuntent li jkollu mill-ġdid miegħu lil Pazzini. Matthew Scerri

Jifdal biss Osvaldo u Necid

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li jfallilhom l-akkwist ta’ Zaza, Juventus xorta se jagħmlu akkwist fl-attakk. F’dan l-istadju l-uniċi alternattivi għal Zaza huma Osvaldo u Necid. Pazzini, li Allegri tant xtaq, m’għadux għall-bejgħ wara li El Shaarawy kiser siequ. Jifdal Osvaldo li hu eks plejer Juventin u li jinsab miġġieled minn ma’ Inter. Barra minn hekk hemm Tomas Necid li Juventus qed jixtru flimkien …

Zaza. Il-punt s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dalgħodu qomnu b’geġwija ta’ aħbarijiet dwar Giovinco u Zaza. Tajjeb li nagħmlu ftit tal-ordni u nipprovaw nifhmu x’qed jiġri. L-ewwel nett kull gazzetta u website qed tirraporta li Juventus jixtiequ jxolju l-kuntratt ta’ Giovinco u minfloku jġibu attakkant ieħor. L-aġent ta’ Giovinco, Andrea D’Amico stqarr tard ilbieraħ li s’issa għad m’hemm l-ebda talba f’dan is-sens min-naħa ta’ Juventus. Intant hemm …