Marotta jitkellem dwar il-mercato Juventin: Zaza, Pereyra, Cuadrado u Brozovic

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Aktar dettalji dwar il-mercato Juventin ingħataw minn Marotta. Hu sostna li Juventus qed ifittxu plejer f’nofs il-grawnd. Fi kliemu Brozovic mhux se jingħaqad ma’ Juventus, filwaqt li kkonferma l-interess f’Cuadrado. Skont Marotta, Zaza “għalissa” se jibqa’ ma’ Juventus. Mill-banda l-oħra t-trasferiment ta’ Pereyra m’ Watford se jkun deċiż fil-jumejn li ġejjin. Matthew Scerri

Pereyra sejjer ma’ Watford

MatthewJuve News Leave a Comment

Roberto Pereyra hu prattikament plejer ta’ Watford. Il-klabb Ingliż għandu ftehim ma’ Juventus biex jixtrih għal 16-il miljun Ewro. Pereyra se jsellem lil Juventus wara biss sentejn. Fl-ewwel sena kien wera t-talent kollu tiegħu, biss imbagħad fit-tieni staġun iddeluda ferm. Matthew Scerri

Il-bejgħ ta’Pereyra, Zaza u Coman jiffinanzjaw akkwisti ġodda

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Skond SportMediaset il-miljuni ta’ewro li se jidħlu mill-bejgħ ta’ Simone Zaza (25 miljun ,wasalna għal-uffiċjalita’ kważi), Pereyra (15 -il miljun, Watford determinati jieħdu l-plejer) u t-transfer fee ta’ Kingsley Coman mingħand Bayern Munich (21 miljun) se jservu biex l-Juventus jinvestu f’ plejer ta’talent u esperjenza għan nofs -il grawnd u ieħor ta’ futur fuq l-attakk. Għan nofs-il grawnd għadhom jissemmew …

Roberto Pereyra viċin li jingħaqad ma’Watford

Pierre Bonavia News Leave a Comment

  Sky Sports Uk irraporta li Watford qed ikomplu l-pressing sfrenat lejn il-plejer ta’ nofs -il grawnd juventin Roberto Pereyra.L-istess ġurnal kiteb li diġa hemm xi forma ta’ftehim bejn Watford u Juventus. Il-ħlas li qiegħed jissemma huwa ta’15 -il miljun ewro. Kull ma jonqos issa huwa l-ftehim bejn l-istess plejer u l-klabb li din is-sena huwa mmexxi mill-ex kowċ ta’Inter Walter …