Posts

Pinamonti. Taqtigħa bejn Juventus u Inter

F’dawn il-jiem se jkun deċiż il-futur ta’ Pinamonti. Raiola kkonferma li Inter infurmaw lil Genoa li jixtiequ jixtruh lura. Tajjeb infakkru li bejn Inter u Genoa hemm ftehim verbali li n-Nerazzurri se jkollhom l-ewwel preferenza għall-akkwist ta’ Pinamonti. Minn kliem Raiola nifhmu li hemm diġà qbil bejn Inter u Genoa, imma jonqos il-ftehim mal-plejer. Juventus qed isegwu mill-qrib dis-sitwazzjoni u hemm xnigħat li jekk t-taħdidiet ma’ Inter ma jmorrux sew, allura l-Bianconeri lesti jressqu offerta ta’ 15-il miljun Ewro u jiggarantulu l-paga li qed jitlob (madwar 3 miljuni fis-sena).

Matthew Scerri