Posts
Pirlo: “Diffiċli li l-attakkant il-ġdid ikun Suarez”
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Sampdoria, Andrea Pirlo stqarr li qed jistenna li Juventus ikollhom attakkant ġdid. Hu qal li m’hemmx għaġġla peress li s-suq tat-trasferimenti fadallu ħafna biex jagħlaq. Mistoqsi jekk l-attakkant huwiex se jkun Luis Suarez, Pirlo wieġeb: “Diffiċli. Il-passaport se jdum ma joħroġ u allura naħseb li mhux se jkun hu.”
Matthew Scerri
Pirlo temm il-kors biex ikun jista’ jikkowċja fis-Serie A
Andrea Pirlo temm b’suċċess illum il-kors biex ikun jista’ jikkowċja fis-Serie A. Għaldaqstant issa għandu l-liċenzja Uefa Pro biex ikun jista’ jmexxi lil Juventus f’dan l-istaġun.
Matthew Scerri