Paratici f’laqgħa mal-aġent ta’ Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalist ta’ Sportitalia, Alfredo Pedullà żvela li llejla f’Milan Fabio Paratici ltaqa’ ma’ Fali Ramadani. Huma tkellmu dwar il-futur ta’ Pjaca li mhu sejjer tajjeb xejn ma’ Fiorentina. S’issa għadu mhux magħruf fejn se jilgħab Pjaca fit-tieni parti ta’ dan l-istaġun. Matthew Scerri

Pjaca lejn l-Ingilterra

MatthewJuve News Leave a Comment

Fulham jidhru li qabżu fuq quddiem nett fit-taqtigħa għall-akkwist ta’ Marki Pjaca. Huma fil-fatt tkellmu ma’ Juventus u esprimew ir-rieda li jinvestu somma bejn 15 u 20 mijun Ewro flimkien ma’ bonuses oħra għal Pjaca. Juventus qed jikkunsidraw serjament li jbigħuh. Apparti Fulham, nafu li fl-Italja jriduh b’self anki Cagliari. Fl-aħħar jiem anki Wolves u  Sevilla tkixxfu ftit dwaru. Matthew …

Cagliari jridu lil Pjaca b’self

MatthewJuve News Leave a Comment

Cagliari qed isegwu b’interess is-sitwazzjoni marbuta ma’ Marko Pjaca. Fl-eventwalità li Fiorentina jitilquh minn idejhom u jibagħtuh lura ma’ Juventus, Cagliari lesti jħabbtu l-bibien ta’ Juventus sabiex jiksbuh b’self għal sitt xhur. Matthew Scerri

Fejn se jmur Pjaca?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Marko Pjaca hu mill-aktar inċert hekk kif Fiorentina jinsabu lesti li jibagħtuh lura ma’ Juventus biex jieħdu minfloku lil Muriel. Juventus attwalment mhumiex interessati li jżommuh magħhom u allura jridu jsibu tim ġdid għalih. L-investiment ta’ sentejn ilu kien kemxejn qawwi u għaldaqstant Juventus mhux se jbigħuh bix-xejn. Matthew Scerri

Pjaca jaf jitlaq lil Fiorentina f’Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Fiorentina tant huma diżappuntati bil-wirjiet ta’ Pjaca li qedjikkunsidraw serjament li jibagħtuh lura ma’ Juventus f’Jannar. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus u Fiorentina se jiltaqgħu biex jiddiskutu l-futur ta’ Pjaca. Probabbli li jekk hu jirritorna ma’ Juventus, il-Bianconeri jisilfuh mill-ewwel lil xi tim ieħor. Matthew Scerri

Fiorentina mhumiex konvinti minn Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Marko Pjaca mhux qed jgħix fażi pożittiva tal-istaġun ma’ Fiorentina. Hu mhuwiex jirnexxilu jagħti prestazzjonijiet verament tajbin u rari qed ikun deċiżiv. Barra minn hekk fil-jiem li għaddew hu sofra injury ieħor, xejn gravi, mat-tim nazzjonali Kroat. Skont Il Corriere fiorentino, f’dan l-istadju mhuwiex ċert li Fiorentina se jixtruh għal kollox. Matthew Scerri

Ftehim bejn Juventus u Fiorentina għal Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Fiorentina laħqu ftehim dwar Marko Pjaca. Il-Kroat se jkun misluf lil Fiorentina, li se jħallsu 2 miljuni għal das-self. Is-sena d-dieħla Fiorentina jkollhom id-dritt li jekk iridu jixtruh għal 20 miljun. Juventus żammew id-dritt għar-recompra tiegħu għall-valur ta’ 25 miljun. Matthew Scerri

Jitkellem l-aġent ta’ Pjaca

MatthewJuve News Leave a Comment

Naletilic, l-aġent ta’ Pjaca, ikkonferma li l-attakkant Kroat lest jingħaqad ma’ Fiorentina, biss tenna li kif qal Corvino ftit li xejn kien hemm passi ‘l quddiem fin-negozjati fl-aħħar jiem. Naletilic temm jgħid li hemm dejjem iċ-ċans li Marotta japprova t-trasferiment ta’ Pjaca ma’ Fiorentina. Matthew Scerri

Pjaca lejn self ma’ Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Il Corriere dello Sport fit-48 siegħa li ġejjin Marko Pjaca se jingħaqad ma’ Fiorentina. It-tim ta’ Della Valle se jħallas għas-self ta’ Pjaca għal sena. Huma se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal 22 miljun Ewro. Matthew Scerri