Miskin min ma jirbaħ qatt u jara komplott f’kollox!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-injuranza tassew m’għandhiex limiti. Xi gruppi ta’ supporters ta’ timijiet oħra ħolqu polemika fuq is-social media hekk kif bdew isostnu li Acerbi tkeċċa waqt Napoli-Lazio peress li r-referee ried jgħin lil Juventus li se jilagħbu kontra Lazio fi tmiem il-ġimgħa li ġej. Fi kliem ieħor Napoli ma ħadu ebda vantaġġ li lagħbu b’raġel iżjed … il-‘pjaċir’ sar biss biex jgħinu …

L-eks referee Ceccarini: “Kelli nsaffar foul favur Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Kważi għoxrin sena wara, l-eks referee Piero Ceccarini tkellem dwar l-episodju famuż tal-kuntatt Iuliano-Ronaldo waqt Juventus-Inter tas-26 ta’ April 1998. F’intervista mogħtija lil Premium Sport, Ceccarini sostna li huma għadu jemmen li fil-verità kien Ronaldo li daħal fuq Iuliano u għaldaqstant l-iżball tiegħu kien li kellu jsaffar foul favur Juventus. Ceccarini qal ukoll li fl-1998 ried isejjaħ konferenza tal-aħbarijiet sabiex …

Evviva l-injoranza!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ġest ieħor ta’ injuranza kbira mill-ultras Taljani. Wara l-episodju oxxen tal-istickers imwaħħla mill-ultras ta’ Lazio b’ritratti ta’ Anna Frank liebsa l-flokk ta’ Roma, issa kien imiss li anki l-ultras ta’ Ascoli juru nuqqas ta’ rispett lejha. Fil-fatt huma ħarġu stqarrija li se jidħlu fil-grawnd u jagħtu s-support lit-tim tagħhom wara li ntemm il-minuta ta’ silenzju sabviex titfakkar il-memorja ta’ Anna …

Milan jiskurjaw fis-97 minuta minkejja li r-referee ta 5 minuti ħin miżjud … imma llum mhux jipprotestaw!

MatthewJuve News 3 Comments

L-ipocrisija tal-futbol Taljan ovvjament ma tafx limiti. Kontra Juventus, Milan ipprotestaw bil-qawwi għax Juventus skurjaw il-penalty fis-97 minuta minkejja li r-referee kien ta biss 5 minuti ħin miżjud. Konna xbajna ngħidu li r-referee kellu kull dritt li jħalli l-logħob għaddej minħabba li ntilef xi ħin waqra d-90 minuta. Bħas-soltu qalulna li aħna ħallelin u li nigdbu dwar ir-regolamenti biex ngħattu …

Theddid lir-referee Massa wara Juventus-Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ħafna polemiki li nqalgħu fi tmiem Juventus-Milan saħħnu l-irjus tant li xi ħadd bagħat ittra anonima ta’ theddid lir-referee Massa. Fl-ittra, skont ‘La Stampa’, hemm dettalji li juru li min kitibha jaf sew id-drawwiet tal-ħajja ta’ kuljum ta’ Massa. Qabel l-ittra, Massa kien irċieva telefonata ta’ theddid fid-dar privata tiegħu. Id-DIGOS qed tinvestiga dwar il-każ. L-investigazzjoni qed issir anki fuq …

Polemika ġdida biex jibqgħu jeqirdu!

MatthewJuve News Leave a Comment

Ġimgħa ġdid u ma setgħetx tonqos polemika ġdida. Is-supporters ta’ Napoli qed jikkritikaw lir-referee Tagliavento minħabba li ħa b’id Pjanic fil-partita kontra Juventus. Skonthom dar-referee naqas milli jagħti karta safra lil Pjanic kontra Sampdoria, liema karta safra kienet tfisser sospensjonai awtomatika kontra Napoli fil-partita li jmiss. Matthew Scerri

Piersilvio Berlusconi ma jaqbilx ma’ dak li ġara

MatthewJuve News Leave a Comment

Piersilvio Berlusconi stqarr pubblikament li hu ma jaqbilx ma’ dak kollu li ma jagħmilx parti mill-istil ta’ komportament karatteristiku ta’ Milan. Hu qal dan b’risposta għal domanda dwar dak kollu li nqala’ wara Juventus-Milan, mill-protesti għall-penalty sal-ħsarat fid-dressing rooms tal-Juventus Stadium. Matthew Scerri

Il-passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Milan

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Giudice Sportivo ssospenda lil Carlos Bacca għal partita waħda biss minħabba l-protesti fi tmiem il-partita kontra Juventus. Konna qed nistennew sospensjoni ferm iktar twila, biss il-Giudice Sportivo ddeċieda hekk. Ġew sospiżi għal partita waħda anki Sosa (li tkeċċa) u Romagnoli (li kien diffidat). Id-diriġenti ta’ Milan Adriano Galliani u d-Direttur tal-Isports, Rocco Maiorino ġew imwissija biss, mingħajr ebda passi ma’ ttieħdu …

Statistika dwar il-penalties fl-Italja fl-aħħar sitt snin tgiddeb lil Napoli, Milan u Roma!

MatthewJuve News Leave a Comment

Qalulna li Juventus jirbħu biss għax jingħataw ħafna penalties. Qalulna li Juventus jirbħu biss għax l-avversarji ta’ Juventus ma jingħatawx penalties. Imma hu veru? Premium Sport xandru statistika tal-penalties mogħti favur u kontra kull tim fl-aħħar sitt snin. Minn din l-istatistika joħroġ pereżempju li Napoli kellhom favurhom iktar penalties minn Juventus, u fl-istess ħin issaffru inqas penalties kontrihom milli ngħataw …

L-I ta’ Inter … l-I ta’ Ipokrizija!

MatthewJuve News Leave a Comment

Għamlu ġimagħtejn jitkellmu dwar dak li ġara fil-partita Juventus-Inter. Ħolqu plejtu sħiħ dwar episodji marġinali. Hekk kien jaqblilhom biex jgħattu l-fatt li kellhom staġun diżappuntanti ieħor (tort ta’ Juventus ukoll li kienu umiljati fl-Europa League u nqalgħu mill-Coppa Italia?). Issa għax Atalanta bdew jilmentaw li kellhom penalty, Pioli kellu l-wiċċ tost jgħid: “D’Ambrosio missu b’idejh? Fl-Italja hawn din l-abitudni, ma …