Ċaħda mill-aġent ta’ Praet

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent ta’ Praet, Martin Riha ddikjara f’intervista mogħtija lill-Corriere dello Sport li mhu veru xejn dak li kien rappurtat aktar kmieni llum dwar ftehim bejn Juventus u Sampdoria għat-trasferiment tal-plejer. Hu sostna li Praet fl-aħħar wera l-potenzjal kollu u jinsab lest biex fis-sajf jagħmel qabża ta’ kwalità. Xejn, però, għadu ma ġie deċiż dwar il-futur tiegħu. Matthew Scerri

Praet segwit mill-qrib

MatthewJuve News Leave a Comment

L-osservat speċjali tal-lejla hu Dennis Praet ta’ Sampdoria. Marotta u Paratici se jarawh fl-azzjoni mill-qrib. Hu l-captain tat-tim nazzjonali Belġjan ta’ taħt il-21 sena. Il-Bianconeri ilhom snin isegwuh u lesti jmorru għalih fis-sajf jekk ikollu sena tajba ma’ Sampdoria. Matthew Scerri

Kif tista’ tinbidel il-Juventus bit-tluq ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bejgħ ta’ Vidal jista’ jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ plejer ta’ fama. Marotta qed jikkunsira li jixtri bil-flus ta’ Vidal lil Mario Gotze jew inkella Cuadrado. Jista’ jagħti l-każ li l-flus jiġu investiti fl-akkwist ta’ Isco jew Oscar. Barra minn hekk se jkun hemm investimenti oħra li potenzjalment jistgħu jseħħu: Alex Sandro, Draxler, Ozil, Praet u De Bruyne. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (10 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Toronto jridu lil Giovinco Sportmediaset qed jirrapurtaw li anki l-klabb ta’ Toronto jinsab interessat f’Giovino. Huma qed joffrulu kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Tajjeb infakkru li hemm xnigħat li Giovinco qed ikollu kuntatti anki ma’ Monaco. Min imissu Wara li falla l-akkwist ta’ Sneijder, milli jidher Juventus bdew ifittxu xi plejers oħra li jilagħbu fl-istess pożizzjoni. …