Posts

Rabiot: “Għażilt b’qalbi”

Uffiċjali: Rabiot jibqa’ sena oħra ma’ Juventus

Kmieni waranofsinhar Juventus taw l-aħbar li Adrien Rabiot aċċetta li jibqa’ sena oħra magħhom. Hu kellu offerti importanti, fosthom dik ta’ Manchester United li ilhom warajh mis-sajf li għadda. Madankollu l-għażla tiegħu kienet li jibqa’ ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Qed jingħad minn kollox dwar Rabiot

Illum kellna aħbarijiet kuntrastanti dwar il-futur ta’ Adrien Rabiot. Il-ġurnata bdiet bl-aħbar li Manchester United fetħu negozjati mal-aġent ta’ Rabiot (li hi ommu stess). Il-klabb Ingliż, u b’mod partikolari l-kowċ tagħhom, ilhom iridu lil Rabiot mis-sajf li għadda u jidher li issa li se jinbidlu s-sidien tal-klabb, se jkollhom iktar riżorsi biex jibnu tim qawwi. Għalhekk reġa’ ssemma li Rabiot jista’ jingħaqad ma’ Manchester United.

Iktar tard matul il-ġurnata, il-media Taljana bdiet tirraporta li Rabiot innifsu ta l-kunsens tiegħu biex ommu taċċetta l-offerta ta’ Juventus għal kuntratt ta’ sena bl-istess paga li kellu fl-aħħar snin.

Fil-jiem li ġejjin suppost inkunu nafu x’se jiġri verament. Rabiot tal-aħħar sena hu plejer mill-aqwa li żgur jista’ jagħti kwalità lil nofs il-grawnd Juventin. L-ottimiżmu li jibqa’ qiegħed kulma jmur jikber, għalkemm, bħal dejjem, sakemm jiffirma kollox għadu possibbli.

Matthew Scerri

Juventus jistennew li jsiru jafu min se jibqa’

Apparti l-ħidma ta’ Manna biex il-plejers li ġewwa lura mis-self ma’ timijiet oħra, Juventus bħalissa qed jistennew xi risposti mingħand plejers li l-kuntratt tagħhom wasal fi tmiemu. Rabiot, Cuadrado u Milik jinsabu fil-pjanijiet ta’ Juventus, imma l-futur tagħhom ma jiddipendix biss minn Juventus. Il-kuntratti ta’ Rabiot u Cuadrado se jiskadu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Juventus offrewlhom kuntratt ġdid ta’ sena kull wieħed u issa qed jistennew risposta mingħandhom. It-tnejn li huma għandhom offerti minn klabbs oħra u għaldaqstant mhuwiex mija fil-mija ċert li se jaċċettaw dak li qed joffrulhom Juventus. Milik, mill-banda l-oħra, mar lura ma’ O. Marseille wara li ntemm is-self tiegħu ta’ sena. Milik diġà stqarr pubblikament li jixtieq jibqa’ ma’ Juventus, biss issa rridu naraw x’se tkun id-deċiżjoni tal-klabb Franċiż. O. Marseille ma jridux jisilfuh lil Juventus għal sena oħra u allura Manna offrilhom li Juventus jixtruh għal kollox f’kundizzjonijiet differenti minn dawk maqbula sena ilu.

Ftit tal-jiem oħra u nkunu nafu jekk Rabiot, Cuadrado u Milik humiex se jibqgħu jilbsu l-flokk ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Rabiot jista’ jitlef il-Finali minħabba virus

Adrien Rabiot jista’ jkun qed jitlef il-finali tat-Tazza tad-Dinja wara li laqqat virus (imsejjaħ il-virus tal-iġmla). Hi speċi ta’ influwenza li mhix tħalli lil Rabiot jittrenja. Apparti Rabiot hemm anki sħabu tat-tim Upamecano u Coman li ħadu l-virus. Huma ġew iżolati mill-bqija ta’ sħabhom sabiex ma jgħaddulhomx il-virus. Fl-istess ħin qed jingħataw kull kura possibbli sabiex jilħaq jgħaddilhom sa nhar il-Ħadd.

Matthew Scerri

Ara x’qalu Rabiot u Allegri lejlet il-partita kontra Maccabi

Juventus se jkollhom lura diversi plejers

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli se jkunu qed jirritornaw għall-azzjoni fi tmiem il-ġimgħa wara li rkupraw mill-injuries tagħhom. It-Tlieta li huma se jkunu jistgħu jilaghbu kontra Bologna. Allegri se jkollu lura wkoll lil Cuadrado u Milik li tilfu l-aħħar partita kontra Monza peress li kienu sospiżi.

Matthew Scerri

Rabiot, Locatelli u Sandro għadhom ma rkuprawx

Illum Rabiot, Locatelli u Alex Sandro reġgħu ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li għadhom ma rkuprawx mill-injury tagħhom. Jekk għada jerġgħu ma jittrenjawx, allura ikun żgur li se jitilfu Monza-Juventus.

Matthew Scerri

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli mistennija jitilfu Juventus-Benfica

Għada Allegri mistenni jkollu neqsin lil Locatelli, Rabiot u Alex Sandro. It-tlieta li huma llum ma ttrenjawx mal-bqija ta’ sħabhom u normalment din hi indikazzjoni li l-plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu. Di Maria, mill-banda l-oħra, ttrenja mat-tim b’mod normali u għaldaqstant se jkun mgħajjat. Illejla, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Allegri se jkun jista’ jispjega eżattament liema plejers mhux se jkunu jistgħu jilagħbu u forsi jagħti indikazzjoni dwar meta se jkunu jistgħu jidħlu lura fl-azzjoni.

Matthew Scerri

Rabiot jaf jitlef Juventus-Salernitana

Skont Tuttosport, apparti Locatelli anki Rabiot jaf jitlef il-partita tal-lejla kontra Salernitana. Hu fil-fatt għadu jħoss uġigħ fl-għaksa wara d-daqqa li qala’ madwar ġimaghtejn ilu. Probabbli li Allegri ma jirriskjahx il-lejla bit-tama li jilħaq jirkupra għall-partita kontra Benfica ta’ nhar l-Erbgħa. Ilbieraħ Allegri na se ma xejn dwaru u allura għandna nassumu li jekk ma jilgħab hu biss b’mod prekawzjoni. F’dan l-istadju, pero’, tajjeb ngħidu li hemm inċertezza sħiħa dwar kemm verament Locatelli u Rabiot se jkunu laħqu rkupraw sa nhar l-Erbgħa.

Matthew Scerri