Donnarumma mhux se jitlaq lil Raiola

MatthewJuve News 0 Comments

Għal xi ħin dalgħodu beda jissemma li Gigio Donnarumma ried jibdel lill-aġent Mino Raiola bil-għan li jkun jista’ jsib ftehim ħalli jibqa’ ma’ Milan. Din l-aħbar ġiet miċħuda direttament minn Donnarumma li fuq Twitter kiteb “#Donnaumma #Raiola Ieri, Oggi e Domani.” Fi kliem ieħor Donnarumma għamilha ċara li hu mhux se jitlaq lil Raiola. Matthew Scerri

Inkjesta tal-FIFA dwar it-trasferiment ta’ Pogba

MatthewJuve News 0 Comments

Mill-ġdid qed ikun rappurtat li l-FIFA fetħet inkjest dwar xi irregolaritajiet li setgħu seħħew fit-trasferiment ta’ Pogba ma’ Manchester United. B’mod partikolari jidher li l-FIFA trid tistabilixxi jekk il-commissions li ħa Raiola kinux konformi mar-regolamenti. Matthew Scerri

Raiola: “Donnarumma ma’ Juventus? Naħseb ikun f’diffikultà”

MatthewJuve News 0 Comments

F’intervista lil “Corriere della Sera” Mino Raiola spjega li qatt ma kien hemm negozjati ta’ veru bejn Donnarumma u Milan. Mirabelli minn dejjem kien ostili lejhom u tahom ultimatum li kien inaċċettabbli. Barra minn hekk, waqt li Donnarumma kien qed jirrifletti dwar x’se jagħmel, Mirabelli kompla jparla żejjed mal-ġurnalisti u għamel pressjoni barra minn postha fuq il-familja ta’ Donnaruma. Kien …

Il-verżjoni ta’ Raiola dwar il-każ Donnarumma

MatthewJuve News 0 Comments

“Qatt ma kienet problema ta’ flus u m’għandniex ftehim ma’ klabbs oħra. Qatta ma tkellimna dwar klawżola biex jinħall mill-kuntratt. Ma kellniex dil-problema anki għax meta tiddiskuti klawżola bħal dik tkun għamilt 90% tal-kuntratt. Aħna osservajna l-atteġġamenti tal-aħħar sitt ġimgħat.” Hekk tkellem Mino Raiola fl-intervista li ta l-Ħadd. Hu tkellem anki dwar ambjent “ostili u vjolenti wisq.” Raiola attakka anki …

Illum fil-5 ta’ waranofsinhar se jitkellem Raiola

MatthewJuve News 0 Comments

Illum fil-5 ta’ waranofsinhar f’Montecarlo Mino Raiola se jagħti intervista lill-istazzjonijiet prinċipali Taljani (Rai, Mediaset u Sky). Mhux magħruf x’se jingħad f’din l-intervista u lanqas x’inhu l-argument. Ħafna qed ibassru li Raiola se jagħti l-verżjoni tiegħu tal-fatti dwar il-każ Donnarumma. Nistennew sal-5 u naraw x’se jgħidilna. Matthew Scerri

Juventus f’laqgħa ma’ Raiola għal Kean u forsi Donnarumma

MatthewJuve News 0 Comments

Kmieni waranofsinhar Mino Raiola tkellem ma’ Marotta, Paratici u Cherubini ta’ Juventus fil-belt ta’ Milan. L-argument prinċipali ta’ diskussjoni hu ovvjament il-kuntratt il-ġdid ta’ Kean. Barra minn hekk hemm anki spekulazzjonijiet li jista’ jkun li Juventus ikellmuh dwar Donnarumma bit-tama li jirnexxilhom forsi jiksbu s-servizzi tiegħu. Aktar tard illejla Raiola se jiltaqa’ ma’ Milan u min jaf x’se tkun ir-risposta …

Raiola jgħid tiegħu dwar Donnarumma

MatthewJuve News 0 Comments

Mino Raiola stqarr li ma jemminx li Milan se jagħtuh l-ultimatum li l-gazzetti qed jirrapurtaw dwaru. Hu qal li Donnarumma m’għandux għaġla biex jiddeċiedi l-futur tiegħu peress li fadallu sena kuntratt. Raiola sostna li hu jrid jieħu l-aqwa deċiżjoni għall-futur ta’ Donnarumma. Il-kumment finali tiegħu kien: “Jien qatt ma ħadt plejer minn tim wara li ntemmlu l-kuntratt.” Matthew Scerri

Juventus immultati minħabba Raiola?

MatthewJuve News 0 Comments

Qed ikun allegat li l-FIFA se twaħħal multa lil Juventus minħabba Raiola. Mid-dokumenti tal-Football Leaks jirriżulta li l-FIFA qed tindaga dwar irregolarijiet marbuta mat-trasferiment ta’ Pogba. Fil-fatt il-FIFA ma tħallix li jkun hemm ftehim ma’ terzi persuni dwar trasferimenti ta’ plejers. Meta Pogba ħalla lil Manchester United u ngħaqad ma’ Juventus, il-Bianconeri kienu ftehmu ma’ Raiola li jkollu commission qawwija …