Barcellona jridu lil Bentancur

MatthewJuve News Leave a Comment

Don Balon qed jerġgħu jsemmu possibbiltà ta’ bdil ta’ plejers bejn Juventus u Barcellona. Il-klabb Spanjol jinsab interessat ferm li jikseb lil Bentancur u għaldaqstant lesti joffru 30 miljun Ewro flimkien ma’ Rakitic għalih. Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Rakitic mhux se jkun baxx

MatthewJuve News Leave a Comment

Barcellona mhux se jħallu lil Ivan Rakitic jitlaq bi ftit flus skont il-gazzetta Mundo Deportivo. Nafu li Juventus u Inter ilhom isegwuh, kif ukoll hemm Sevilla fi Spanja li għamlu kuntatt miegħu. Rakitic dejjem stqarr imħabba kbira għal Spanja, u b’mod partikolari għall-belt ta’ Sevilla. It-timijiet li qed isegwuh huma konvinti li l-prezz tiegħu se jkun pjuttost baxx. Barcellona, madankollu, …

Juventus ma jridux lil Rakitic jew lil Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Miralem Pjanic qed jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Barcellona. Hu qed jippreferi lill-Ispanjoli, aktar minn PSG u Chelsea. Issa jrid jinstab ftehim bejn Juventus u Barcellona. L-ispanjoli offrew lil Rakitic u lil Vidal, biss skont Calciomercato.com, Juventus ma jridu lil ħadd minn dawn it-tnejn. Il-Bianconeri lesti jbigħu lil Pjanic, biss minfloku jridu plejer li jista’ verament isaħħaħ lit-tim ta’ Sarri. …

Imsemmi anki Sergi Roberto

MatthewJuve News Leave a Comment

Das-sajf hu probabbli ferm li jkun hemm bdil ta’ plejers bejn Juventus u Barcellona. Hu fatt magħruf li Barcellona ilhom interessati f’Bernardeschi u Pjanic. Min-naħa tagħhom Juventus lesti jieħdu xi plejers mingħand Barcellona. S’issa issemmew diversi plejers: Umtiti, Arthur, Rakitic. Ma’ dawn Sport qed iżżid anki lil Sergi Roberto, plejer li jista’ jkun utli ħafna għal Sarri biex isaħħaħ il-linji …

Aktar negozjati bejn Juventus u Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont is-sit Calciomercato.com das-sajf Juventus u Barcellona se jkunu qed jitkellmu dwar il-possibbiltà ta’ xi bdil ta’ plejers bejniethom sabiex isiru l-famużi plusvalenze li tant huma importanti għall-fini tal-Fair Play Finanzjarju. Barcellona għadhom interessati bil-kbir f’Bernardeschi, filwaqt li l-Ispanjoli pproponew lil Juventus l-akkwisti ta’ Rakitic u Umtiti. Dan tal-aħħar, però, ma tantx jidher li hu fil-pjanijiet tal-Bianconeri. Matthew Scerri

X’se jkun il-futur ta’ Emre Can?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ninsabu fl-aħħar ħamest ijiem tas-suq tat-trasferimenti. F’dawn il-jiem kollox jista’ jiġri. Emre Can għadu mdendel. Borussia jidhru li qed joffru bejn 25 u 30 miljun Ewro, somma li mhix tissodisfa lil Juventus. Għaldaqstant Juventus qed jieħdu inkonsiderazzjoni offerti oħra. F’das-sens mhux ta’ min jeskludi bdil ma’ Barcellona bejn Emre Can u Rakitic. Matthew Scerri

Id-dettalji dwar it-tpartit bejn Rakitic u Bernardeschi

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li l-bdil bejn Rakitic u Bernardeschi mhux se jseħħ. Fil-fatt Juventus qed jitolbu somma flus apparti l-plejer Kroat. Barcellona ma tantx jidhru disposti li jilqgħu l-offerta tal-Bianconeri. Fil-jiem li għaddew kien hemm anki xnigħat li l-Ispanjoli kienu qed jitolbu huma nnifishom somma flus flimkien ma’ Bernardeschi għal dan it-tpartit. Matthew Scerri 

Rakitic għan-nofs il-grawnd ta’ Juventus f’Jannar?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il Corriere dello Sport qed jirraporta li f’Jannar Juventus jistgħu verament jiksbu lil Ivan Rakitic. F’nofs il-grawnd Juventus qed ikollhom diversi plejers neqsin u b’Khedira barra għal tliet xhur, hu tassew meħtieġ akkwist ġdid. Rakitic nafu li m’għadux fil-pjanijiet ta’ Barcellona u Juventus qed jittamaw li jirnexxilhom jiksbuh b’deal tajjeb. Matthew Scerri