Lukaku ttrattat bħal Kean. Imbasta jridu jiġġieldu r-razziżmu!

MatthewJuve News Leave a Comment

Xbajna nisimgħu l-għola uffiċċjali tal-futbol Taljan jistqarru li se jkun hemm tolleranza zero fil-konfront tar-razziżmu. Ħafna kliem sabiħ u proklami, biex imbagħad meta niġu għas-si u n-no jibqa’ ma’ jsir xejn. Is-sena li għaddiet l-ibbuwjar razzist fil-konfront ta’ Kean min-naħa tas-supporters ta’ Cagliari għadda qisu xejn mhu xejn. L-Imħallef tal-Isports kien stqarr li mid-dokumentazzjoni li waslitlu mill-uffiċċjali tal-FIGC fil-grawnd waqt …

Ma jittiħdux passi fil-konfront ta’ Cagliari għall-ibbujjar lejn Kean u Matuidi

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Imħallef tal-Isports ma ħa ebda pass fil-konfront ta’ Cagliari b’rabta mal-ibbujjar fil-konfront ta’ Kean u Matuidi waqt il-partita tat-2 ta’ April. L-Imħallef kiteb fis-sentenza li mir-rapporti li waslulu jirriżulta li l-ibbujjar kien ferm iktar limitat u għalhekk ma ħassx li kellu jieħu passi dixxiplinari kontra Cagliari. Matthew Scerri

Tintalab investigazzjoni aktar dettaljata dwar il-każ tal-ibbujjar fil-konfront ta’ Kean u Matuidi

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Imħallef tal-Isports ma’ ħa ebda pass fil-konfront ta’ Cagliari u talab investigazzjoni aktar dettaljata sabiex ikunu aċċertati aħjar il-fatti. Fl-istqarrija maħruġa llum li l-Imħallef qed jitlob stampa aktar ċara dwar f’liema mumenti tal-partiti kien hemm l-ibbujjar razzist fil-konfront ta’ Matuidi u Kean. Meta l-istampa tkun aktar ċara, l-Imħallef ikun jista’ jieħu l-passi li jħoss meħtieġa. Matthew Scerri

Skont l-uffiċċjali tal-FIGC l-ibbujjar beda wara l-provokazzjoni ta’ Kean

MatthewJuve News Leave a Comment

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li fir-rapport tal-ispetturi tal-FIGC li kienu fis-Sardegna Arena nhar it-Tlieta hemm miktub li l-ibbujjar razzist kien ġej minn numru żgħir ta’ nies u fuq kollox li kollox beda bħala reazzjoni għall-provokazzjoni ta’ Kean bil-mod kif feraħ wara l-gowl tiegħu. Jekk dan kollu jkun ikkonfermat, allura hu probabbli li Cagliari jeħilsuha ħafif u għal darb’oħra …

Matuidi: “Darb’oħra noħroġ mill-grawnd”

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Cagliari Blaise Matuidi deher l-aktar wieħed irrabjat fil-grawnd għall-ibbujjar razzist. Sena ilu hu kien diġa’ safa’ vittma ta’ episodji simili. Issa jidher li tant qabżitlu li lil sħabu tat-tim qalilhom li d-darba li jmiss, se joħroġ mill-grawnd malli jkun hemm xi ħaġa simili. Kien Pjanic stess li żvela dan kollu. Interessanti issa li naraw x’passi se jieħdu l-awtoritajiet dwar …