Rekord assolut ieħor għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-rebħa fuq Napoli kienet anki s-26 partita konsekuttiva bla telfa għal Juventus barra minn darhom fil-kampjonat. Dan hu rekord assolut fl-istorja ta’ Juventus. F’dawn is-26 partita kellna 22 rebħa u 4 draw. L-aħħar telfa tmur lura għad-19 ta’ Novembru 2017 kontra Sampdoria. Qabel ilbieraħ kien hemm darba oħra biss li Juventus kellhom sensiela ta’ 25 partita bla telfa barra minn …

Rekord storiku għal Juventus

MatthewJuve News 1 Comment

Bir-rebħa fuq Bologna, Juventus waqqfu rekord ieħor fl-istorja tas-Serie A. Fil-fatt huma saru l-ewwel tim li qatt irnexxilu jirbaħ 22 mill-ewwel 25 partita mill-bidu tal-kampjonat. Infakkru li t-tliet partiti l-oħra ntemmu fi draw u għaldaqstant Juventus għadhom mhux megħluba f’dal-kampjonat. Matthew Scerri

Juventus jimmiraw għal rekord ieħor

MatthewJuve News Leave a Comment

43 punt minn Juventus fi 15-il partita tas-Serie A. Calciomercato.com qed tirraporta li jekk Juventus jirbħu l-erba’ partiti li jmiss ikunu waqfu rekord ta’ punti sa tmiem l-Ewwel Rawnd. S’issa dar-rekord qiegħed f’idejn Juventus b’52punt fl-2005/06 u fl-2013/14. Matthew Scerri

Rekord ieħor imwaqqaf minn Juventus!

MatthewJuve News 3 Comments

Rekord assolut għal Juventus hekk kif saru l-ewwel tim li qatt irnexxilu jikseb 34 punt mis-36 punt disponibbli fl-ewwel tnax-il partita tas-Serie A. Wara seba’ snin ta’ dominju assolut fl-Italja, it-tim Juventin qed ikompli jikser rekord fuq rekord u jkabbar il-leġġenda ta’ daċ-ċiklu. Matthew Scerri

Rekord ieħor!

MatthewJuve News Leave a Comment

Rekord ieħor imwaqqaf minn Juventus fis-Serie A. Il-gowl ta’ Higuain kontra Napoli wassal mhux biss għat-tliet punti imma anki biex jinkiser rekord tal-Juventus ta’ Conte. Fil-fatt dik kontra Napoli kienet l-44 partita konsekuttiva li fiha Juventus sabu x-xibka fis-Serie A. L-aħħar darba li Juventus ma skurjawx kien kontra Milan fit-22 ta’ Ottubru 2016. Fil-verità anki dakinhar Juventus kienu skurjaw, imma …

Buffon kiser rekord ta’ Boniperti!

MatthewJuve News Leave a Comment

Rekord personali ieħor għal Gigi Buffon li fil-65 minuta ta’ Sampdoria-Juventus qabeż lil Giampiero Boniperti f’ras il-klassifika tal-plejers Juventini li l-aktar lagħbu minuti bil-flokk ta’ Juventus fis-Serie A. Qabel il-partita kontra Sampdoria, Buffon kien lagħab 39,616 minuta ma’ Juventus, filwaqt li Boniperti kellu komplessivament 39,680 minuta. Issa li tela’ fl-ewwel post Buffon irid, minn hawn u ftit partiti oħra, ikun …

Buffon se jikser rekord ta’ Boniperti!

MatthewJuve News Leave a Comment

Rekord personali ieħor għal Gigi Buffon li fil-65 minuta ta’ Sampdoria-Juventus se jaqbeż lil Giampiero Boniperti f’ras il-klassifika tal-plejers Juventini li l-aktar lagħbu minuti bil-flokk ta’ Juventus fis-Serie A. S’issa Buffon lagħab 39,616 minuta ma’ Juventus, filwaqt li Boniperti kien lagħab komplessivament 39,680 minuta. Mhux hekk biss. Ftit partiti oħra, Buffon ikun l-ewwel plejer Juventin li qatt lagħab iktar minn …

Juventus l-aqwa fl-Ewropa fil-kampjonat domestiku matul l-aħħar sitt snin

MatthewJuve News Leave a Comment

Bir-rebħa fuq Palermo, Juventus kisbu 514 punt fis-Serie A fl-aħħar sitt snin. Minn statistika ta’ “Tuttosport” naraw li Juventus huma l-aktar tim fl-Ewropa li kiseb punti fil-kampjonat domestiku matul l-aħħar sitt snin. It-top 5 huma: Juventus – 514 punt Barcellona – 511 punt Real Madrid – 503 punt PSG – 485 punt Bayern Munich – 470 punt Matthew Scerri

Juventus jimmiraw għal rekord ieħor

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tim ta’ Allegri qed jittama li jirnexxili jwettaq ħaġa oħra li qatt ebda tim ieħor Taljan ma għamel: jirbħu l-Coppa Italia għal tliet snin konsekuttivi. Juventus huma diġà t-tim li rebaħ l-aktar drabi din il-kompetizzjoni. Mil-lejla forsi nibdew mixja lejn rekord ieħor. Matthew Scerri

26 rebħa konsekuttiva fil-Juventus Stadium. Rekord!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bir-rebħa fuq Bologna, Juventus waqqfu rekord ġdid fis-Serie A: 26 rebħa konsekuttiva ‘home’. Ir-rekord preċedenti kien f’idejn Juventus ta’ ftit snin ilu meta Conte kien kowċ. Il-Bianconeri ta’ Allegri se jkunu jistgħu jkomplu jkabbru dan ir-rekord billi jirbħu l-partiti ‘home’ li jmiss tal-kampjonat. Matthew Scerri