Juventus mhux interessati f’Renato Sanches

MatthewJuve News Leave a Comment

Calciomercato.com qed jiżvelaw li Jorge Mendes ipprova jikkonvinċi lil Juventus biex jixtru lil Renato Sanches. Ir-risposta ta’ Marotta u Paratici kienet li Juventus ma jinsabux interessat f’Sanches. Bayern Munich qed jitolbu 40 miljun Ewro, somma kbira speċjalment meta wieħed iqis li fis-sena li qatta’ misluf lil Swansea kellu wirjiet kemxejn fqar. Matthew Scerri

Kuntatti ma’ Bayern Munich għal Costa u Sanchez

MatthewJuve News Leave a Comment

F’dawn il-jiem qed ikun hemm diversi rapport online u fuq il-gazzetti tal-isports dwar kuntatti li saru bejn Juventus u Bayern Munich. Il-Bianconeri jinsabu interessati ferm li jiksbu lil Douglas Costa u Renato Sanchez. Bayern, min-naħa jidhru disposti li jinnegozjaw ma’ Juventus. Wara l-Finali ta’ Cardiff nistennew li jkun hemm aktar żviluppi f’dan is-sens. Matthew Scerri

Renato Sanchez b’self?

MatthewJuve News Leave a Comment

Talent żagħżugħ ieħor jista’ jingħaqad ma’ Juventus b’self. beIN Sports qed issotnu li Bayern Munich qed ifittxu tim li lest jieħu b’self lil Renato Sanchez. L-ewwel staġun tiegħu ma’ Bayern ma kienx pożittiv daqskemm mistenni. Għalhekk iridu tim li miegħu jkun jista’ jilgħab b’mod regolari u joħroġ it-talent kollu tiegħu. Diversi timijiet iriduh b’saħħa, imma nafu li l-ispeċjalisti f’dan il-qasam huma …