Posts

Reynolds sejjer ma’ Roma!

B’sorpriża kbira Bryan Reynolds jidher li se jkun qed jiffirma għal Roma wara li kien qed ikun irrapurtat li kellu ftehim ma’ Juventus. Skont Calciomercato.com, fis-sigħat li għaddew il-President ta’ Roma, Friedkin mexxa personalment in-negozjati sabiex Reynolds jingħaqad mal-klabb tiegħu. Jidher li Reynolds ma tantx kien kuntent bil-prospettiva li jkollu jqatta’ sitt xhur self ma’ Benevento u allura finalment ipprefera lil Roma.

Matthew Scerri

Juventus qrib li jilħqu ftehim għal Reynolds

Juventus jinsabu pass ‘il bogħod milli jilħqu ftehim għall-akkwist ta’ Bryan Reynolds mingħand Dallas FC. Il-Bianconeri ressqu offerta ta’ 7.5 miljun Ewro, liema offerta tidher li se tkun aċċettata. Fis-sitt xhur li ġejjin Reynolds se jkun qed jilgħab b’self ma’ Benevento.

Matthew Scerri

Reynolds lejn self ma’ Genoa

Ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Juventus u Genoa. Wara t-taħdidiet għal Portanova, Frabotta, Pellegrini u Rovella, jidher li issa l-klabbs qed jitkellmu anki dwar Reynolds. Nafu li Juventus ma jistgħux jirreġistraw lil Reynolds minħabba l-limitazzjonijiet fuq il-plejers extrakomunitarji. Għaldaqstant sas-sajf Juventus iridu bilfors jisilfuh lil xi tim ieħor. Issemmew ħafna Cagliari u issa jidher li anki Genoa jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Reynolds.

Matthew Scerri

Paratici se jiltaqa’ mal-aġent ta’ Reynolds

Juventus jistgħu jsiru aktar Amerikani. Skont Gianluca Di Marzio nhar il-Ħamis Paratici se jiltaqa’ mal-aġent ta’ Bryan Reynolds, full-back ta’ 19-il sena li jilgħab ma’ Dallas FC. Jidher li s’issa Bruges diġà offrew 7 miljuni għalih. Juventus lesti jixtruh bi ftehim ma’ Cagliari hekk kif ma jistgħux jirreġistraw aktar plejers extrakomunitarji.

Matthew Scerri